+Artikolu 54 2.
|
Artikolu 54 2.
Huma u jiddeterminaw is-sinifikat ta’ riskju għaċ-ċibersigurtà msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw ukoll fatturi ta’ riskju mhux tekniċi, b’mod partikolari dawk stabbiliti bħala riżultat ta’ valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni tal-ktajjen tal-provvista kritiċi mwettqa f’konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Fejn awtorità tas-sorveljanza tas-suq ikollha raġuni suffiċjenti biex tqis li prodott b’elementi diġitali jippreżenta riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà fid-dawl ta’ fatturi ta’ riskju mhux tekniċi, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti maħtura jew stabbiliti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u tikkoopera ma’ dawk l-awtoritajiet kif meħtieġ.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|