+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
---+Artikolu 3 (14)
---+Artikolu 3 (15)
---+Artikolu 3 (16)
---+Artikolu 3 (17)
---+Artikolu 3 (18)
---+Artikolu 3 (19)
---+Artikolu 3 (20)
---+Artikolu 3 (21)
---+Artikolu 3 (22)
---+Artikolu 3 (23)
---+Artikolu 3 (24)

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (1)

“finanzjament tat-terroriżmu” tfisser finanzjament tat-terroriżmu kif definit fl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

Artikolu 3 (2)

“ħasil tal-flus” tfisser l-attivitajiet ta’ ħasil tal-flus kif imsemmija fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

Artikolu 3 (3)

“pagatur” tfisser persuna li jkollha kont tal-pagamenti u tippermetti trasferiment ta’ fondi minn dak il-kont tal-pagamenti jew, fejn ma jkun hemm ebda kont tal-pagamenti, li tagħti ordni għat-trasferiment ta’ fondi;

Artikolu 3 (4)

“prenditur” tfisser persuna li tkun ir-riċevitur previst tat-trasferiment ta’ fondi;

Artikolu 3 (5)

“fornitur ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser il-kategoriji ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tagħha u persuni ġuridiċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/110/KE, li jipprovdu servizzi għat-trasferiment ta’ fondi;

Artikolu 3 (6)

“fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, li ma jkunx il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew tal-prenditur u li jirċievi u jittrażmetti trasferiment ta’ fondi f’isem il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew tal-prenditur jew ta’ fornitur intermedjarju tas-servizzi ta’ pagament ieħor;

Artikolu 3 (7)

“kont tal-pagamenti” tfisser kont ta’ pagamenti kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

Artikolu 3 (8)

“fondi” tfisser fondi kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

Artikolu 3 (9)

“trasferiment ta’ fondi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li tal-inqas parzjalment issir b’mezzi elettroniċi f’isem pagatur permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, bil-għan li l-fondi jkunu disponibbli għal prenditur permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, irrispettivament minn jekk il-pagatur u l-prenditur humiex l-istess persuna u irrispettivament minn jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur u dak tal-prenditur humiex l-istess, inklużi:

(a)

trasferiment ta’ kreditu kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (24), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(b)

debitu dirett kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (23), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(c)

rimessa ta’ flus kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (22), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, kemm nazzjonali jew transfruntiera;

(d)

trasferiment li jsir bl-użu ta’ kard tal-ħlas, strument ta’ ħlas elettroniku, telefon ċellulari jew kwalunkwe apparat diġitali jew apparat tal-IT ieħor b’karatteristiċi simili mħallas minn qabel jew li jitħallas wara;

Artikolu 3 (10)

“trasferiment ta’ kriptoassi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li jkollha l-għan li tittrasferixxi kriptoassi minn indirizz tar-reġistru distribwit, kont tal-kriptoassi jew apparat partikolari ieħor li jippermetti l-ħażna ta’ kriptoassi għal ieħor, imwettqa minn mill-inqas fornitur wieħed ta’ servizzi tal-kriptoassi li jaġixxi f’isem oriġinatur jew benefiċjarju, irrispettivament minn jekk l-oriġinatur u l-benefiċjarju humiex l-istess persuna u irrispettivament minn jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur u dak tal-benefiċjarju humiex l-istess;

Artikolu 3 (11)

“trasferiment f’lottijiet” tfisser pakkett ta’ diversi trasferimenti individwali ta’ fondi jew trasferimenti ta’ kriptoassi li nġabru flimkien għal trażmissjoni;

Artikolu 3 (12)

“identifikatur uniku tat-tranżazzjoni” tfisser kumbinazzjoni ta’ ittri, numri jew simboli stabbiliti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, f’konformità mal-protokolli tas-sistemi ta’ pagament u saldu jew sistemi ta’ messaġġi użati għat-trasferiment ta’ fondi, jew determinati minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, li tippermetti t-traċċabbiltà tat-tranżazzjoni sal-pagatur u l-prenditur jew it-traċċabbiltà tal-kriptoassi tat-trasferiment sal-oriġinatur u l-benefiċjarju;

Artikolu 3 (13)

“trasferiment ta’ kriptoassi minn persuna għal oħra” tfisser trasferiment ta’ kriptoassi mingħajr l-involviment ta’ ebda fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

Artikolu 3 (14)

“kriptoassi” tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114, ħlief meta jaqgħu taħt il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 2(2), (3) u (4) ta’ dak ir-Regolament jew li b’xi mod ieħor jikkwalifikaw bħala fondi;

Artikolu 3 (15)

“fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi” tfisser fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114, meta jwettaq servizz tal-kriptoassi wieħed jew aktar kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), ta’ dak ir-Regolament;

Artikolu 3 (16)

“fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi, li ma jkunx il-fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju u li jirċievi u jittrażmetti trasferiment ta’ kriptoassi f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju, jew ta’ fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi ieħor;

Artikolu 3 (17)

“kaxxiera awtomatiċi tal-kriptoassi” jew “ATMs tal-kripto” tfisser terminals elettroniċi fiżiċi jew online li jippermettu li fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jwettaq, b’mod partikolari, l-attività tas-servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (16)(j), tar-Regolament (UE) 2023/1114;

Artikolu 3 (18)

“indirizz tar-reġistru distribwit” tfisser kodiċi alfanumeriku li jidentifika indirizz fuq network li juża teknoloġija ta’ reġistru distribwit (DLT) jew teknoloġija simili fejn il-kriptoassi jistgħu jintbagħtu jew jiġu riċevuti;

Artikolu 3 (19)

“kont tal-kriptoassi ” tfisser kont miżmum minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’isem persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar u li jista’ jintuża għall-eżekuzzjoni ta’ trasferimenti ta’ kriptoassi;

Artikolu 3 (20)

“indirizz awtoospitat” tfisser indirizz tar-reġistru distribwit li ma jkun konness mal-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(b)

entità mhux stabbilita fl-Unjoni u li tipprovdi servizzi simili għal dawk ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

Artikolu 3 (21)

“oriġinatur” tfisser persuna li jkollha kont tal-kriptoassi ma’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, indirizz tar-reġistru distribwit jew apparat li jippermetti l-ħażna ta’ kriptoassi, u li tippermetti trasferiment ta’ kriptoassi minn dak il-kont, indirizz tar-reġistru distribwit, jew apparat, jew, fejn ma jkun hemm ebda kont bħal dan, indirizz tar-reġistru distribwit, jew apparat, persuna li tordna jew tibda trasferiment ta’ kriptoassi;

Artikolu 3 (22)

“benefiċjarju” tfisser persuna li tkun ir-riċevitur previst tat-trasferiment tal-kriptoassi;

Artikolu 3 (23)

“identifikatur ta’ entità ġuridika” jew “LEI” tfisser kodiċi uniku ta’ referenza alfanumeriku skont l-istandard ISO 17442 mogħti lil entità ġuridika;

Artikolu 3 (24)

“teknoloġija ta’ reġistru distribwit” jew “DLT” tfisser teknoloġija ta’ reġistru distribwit kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2023/1114.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit