+Artikolu 22 Subkonsolidazzjoni fil-każ ta' entitajiet f'pajjiżi terzi
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
|
Artikolu 22 Subkonsolidazzjoni fil-każ ta' entitajiet f'pajjiżi terzi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
Istituzzjonijiet sussidjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji intermedji sussidjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta intermedji sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa u r-rekwiżiti ta' rapportar assoċjati stabbiliti fil-Parti Sebgħa A abbażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk ikollhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f'pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni f'tali impriża.
|
|
Artikolu 22 2.
|
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet sussidjarji jew il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji intermedji sussidjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta intermedji sussidjarji jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom meta l-assi totali u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-sussidjarji u l-parteċipazzjonijiet f'pajjiżi terzi jkunu inqas minn 10 % tal-ammont totali tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni sussidjarja jew tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja sussidjarja jew tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta intermedja sussidjarja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|