|
+Artikolu 92 5. |
Artikolu 92 5.L-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-paragrafu 4, il-punti (a) sa (g), wara li jitqiesu l-paragrafu 6 u r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju ta' kreditu, inkluż ir-riskju ta’ kreditu għall-kontroparti, u r-riskju ta' dilwizzjoni, imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a), u għar-riskju tal-kreditu għall-kontroparti li jirriżultaw min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-punt (g) ta' dak il-paragrafu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jintuża kwalunkwe wieħed mill-approċċi li ġejjin:
(i)
l-approċċ ibbażat fuq mudell intern għall-ftehimiet ewlenin ta' netting stabbilit fl-Artikolu 221;
(ii)
l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 3;
(iii)
l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni tat-Titolizzazzjoni stabbilit fl-Artikoli 258, 259 u 260 u l-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna stabbilit fl-Artikolu 265;
(iv)
il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 6;
(b)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i), għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jintużaw:
(i)
l-approċċ ibbażat fuq mudell intern alternattiv stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1b; jew
(ii)
kwalunkwe approċċ elenkat taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, fejn applikabbli;
(c)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-attivitajiet kummerċjali kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew għar-riskju tal-komoditajiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr l-użu tal-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudelli interni stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1b. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|