|
+Artikolu 124 6. |
Artikolu 124 6.Għall-finijiet tal-Artikolu 125(2) u l-Artikolu 126(2), il-proporzjon tal-iskopertura għall-valur (“ETV”) għandu jiġi kkalkulat billi l-ammont gross tal-iskopertura jiġi diviż bil-valur tal-proprjetà soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-ammont gross tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat bħala l-valur kontabilistiku tal-element ta' assi relatat mal-iskopertura ggarantita permezz tal-proprjetà immobbli u kwalunkwe ammont mhux miġbud iżda impenjat li, ladarba jinġibed, iżid il-valur tal-iskopertura li tkun iggarantita permezz tal-proprjetà immobbli; dak l-ammont gross tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat mingħajr ma jitqiesu:
(i)
aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 110;
(ii)
aġġustamenti għall-valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 relatati man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni;
(iii)
l-ammonti mnaqqsa f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m); u
(iv)
tnaqqis ieħor ta' fondi proprji relatat mal-element ta' assi;
(b)
l-ammont gross tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat mingħajr ma jitqies kwalunkwe tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux iffinanzjata, ħlief għal kontijiet ta' depożiti mirhuna mal-istituzzjoni mutwanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għan-netting fil-karta tal-bilanċ, jew skont ftehimiet ewlenin ta' netting f'konformità mal-Artikoli 196 u 206 jew skont ftehimiet oħra ta' netting fil-karta tal-bilanċ f'konformità mal-Artikoli 195 u 205 u jkunu ġew mirhuna mingħajr kundizzjonijiet u b'mod irrevokabbli għall-għan uniku li jiġi ssodisfat l-obbligazzjoni ta' kreditu relatat mal-iskopertura ggarantita permezz ta' proprjetà immobbli;
(c)
għal skoperturi li jeħtieġ jiġu ttrattati f'konformità mal-Artikolu 125(2) jew l-Artikolu 126(2) meta parti li mhijiex l-istituzzjoni żżomm rahan prijoritarju u rahan subordinat miżmum mill-istituzzjoni jkun rikonoxxut skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-ammont gross tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-ammont gross tal-iskopertura tar-rahan miżmum mill-istituzzjoni u tal-ammonti gross tal-iskopertura għall-irhna kollha l-oħra bi klassifikazzjoni ugwali jew ogħla mir-rahan miżmum mill-istituzzjoni. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), meta istituzzjoni jkollha aktar minn skopertura waħda ggarantita permezz tal-istess proprjetà immobbli u dawk l-iskoperturi jkunu ggarantiti permezz ta' irhna fuq dik il-proprjetà immobbli li jkunu sekwenzjali f'ordni ta' klassifikazzjoni mingħajr l-ebda rahan miżmum minn parti terza fi klassifikazzjoni xi mkien fin-nofs, l-iskoperturi għandhom jiġu ttrattati bħala skopertura waħda kombinata u l-ammonti gross tal-iskopertura għall-iskoperturi individwali għandhom jingħaddu flimkien biex jiġi kkalkulat l-ammont gross tal-iskopertura għall-iskopertura unika kombinata. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), meta ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni biex tkun tista' tiġi aċċertata l-klassifikazzjoni ta' irhna l-oħra, l-istituzzjoni għandha tittratta lil dawk l-irhna bħala bi klassifikazzjoni pari passu mar-rahan subordinat miżmum mill-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha l-ewwel tiddetermina l-piż tar-riskju f'konformità mal-Artikolu 125(2) jew l-Artikolu 126(2) (“piż tar-riskju bażi”), kif ikun applikabbli. Imbagħad, għandha taġġusta dan il-piż tar-riskju b’multiplikatur ta’ 1,25 , għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ponderati għar-riskju ta’ irhna subordinati. Meta l-piż tar-riskju bażi jikkorrispondi għall-bucket l-aktar baxx tal-iskopertura għall-valur, il-multiplikatur m’għandux jiġi applikat. Il-piż tar-riskju li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-piż tar-riskju bażi b’1,25 għandu jkun limitat għall-piż tar-riskju li jkun applikat għall-iskopertura li kieku ma jkunux ġew issodisfati r-rekwiżiti fil-paragrafu 3. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|