+Artikolu 143 Permess biex jintuża l-Approċċ IRB
---+Artikolu 143 1.
---+Artikolu 143 2.
---+Artikolu 143 3.
---+Artikolu 143 4.
---+Artikolu 143 5.
|
Artikolu 143 Permess biex jintuża l-Approċċ IRB
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 143 1.
|
Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu jiġu ssodisfatti, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti li l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi tagħhom peżati għar-riskju billi jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna (minn hawn ’il quddiem l-“Approċċ IRB”).
|
|
Artikolu 143 2.
|
Għandu jkun meħtieġ permess minn qabel biex jintuża l-Approċċ IRB, inkluż l-istimi proprji tal-LGD u l-IRB-CCF, għal kull klassi tal-iskoperturi u għal kull sistema ta' klassifikazzjoni u għal kull approċċ għall-istima tal-LGDs u s-CCFs użati.
|
|
Artikolu 143 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiksbu l-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti għal li ġejjin:
▼M17
(a)
bidliet materjali fil-medda ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża;
(b)
bidliet materjali f'sistema ta' klassifikazzjoni li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża.
▼B
Il-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tinkludi l-iskoperturi kollha tat-tip ta’ skopertura rilevanti li għalihom tkun ġiet żviluppata dik is-sistema ta’ klassifikazzjoni.
|
|
Artikolu 143 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-bidliet kollha fis-sistemi ta' klassifikazzjoni.
|
|
Artikolu 143 5.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-użu ta' sistema ta' klassifikazzjoni eżistenti għal skoperturi addizzjonali oħra mhux diġà koperti minn dik is-sistema ta' klassifikazzjoni u għal bidliet fis-sistemi ta' klassifikazzjoni skont l-Approċċ IRB. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|