|
+Artikolu 150 1. |
Artikolu 150 1.L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi kollha li ġejjin:
(a)
skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (e);
(b)
skoperturi assenjati għal klassijiet tal-iskoperturi jew li jappartjenu għal tipi ta' skoperturi fi klassi ta' skopertura, li għalihom l-istituzzjonijiet ma jkunux irċevew il-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni. Istituzzjoni li tingħata l-permess li tuża l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni għal klassi tal-iskoperturi partikolari tista', soġġetta għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, tapplika l-Approċċ Standardizzat għal xi tipi ta' skoperturi f'dik il-klassi tal-iskoperturi, inkluż skoperturi ta' fergħat barranin u gruppi ta' prodotti differenti, meta dawk it-tipi ta' skoperturi jkunu immaterjali f'termini ta' daqs u ta' profil tar-riskju perċepit. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|