Għall-finijiet tal-Artikolu 113(3), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju għal skoperturi bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għalihom dawk l-istituzzjonijiet japplikaw l-Approċċ Standardizzat, irrispettivament mit-trattament ta' skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, f'konformità mal-formula li ġejja:
max{0, E – GA} · r + GA · g
fejn:
|
E
|
= il-valur tal-iskopertura kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 111; għal dak l-għan, il-valur tal-iskopertura ta' entrata li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun daqs 100 % tal-valur tagħha u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 111(2);
|
|
GA
|
= l-ammont ta' protezzjoni ta' kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju (G*) kif ikkalkulat fl-Artikolu 233(3) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu;
|
|
r
|
= il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għad-debitur kif speċifikat fil-Kapitolu 2;
|
|
g
|
= il-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura diretta għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat fil-Kapitolu 2.
|