+Artikolu 235 Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat
---+Artikolu 235 1.
---+Artikolu 235 2.
---+Artikolu 235 3.

Artikolu 235 Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 235 1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 113(3), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju għal skoperturi bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għalihom dawk l-istituzzjonijiet japplikaw l-Approċċ Standardizzat, irrispettivament mit-trattament ta' skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, f'konformità mal-formula li ġejja:

max{0, E – GA} · r + GA · g

fejn:

E

= il-valur tal-iskopertura kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 111; għal dak l-għan, il-valur tal-iskopertura ta' entrata li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun daqs 100 % tal-valur tagħha u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 111(2);

GA

= l-ammont ta' protezzjoni ta' kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju (G*) kif ikkalkulat fl-Artikolu 233(3) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu;

r

= il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għad-debitur kif speċifikat fil-Kapitolu 2;

g

= il-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura diretta għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat fil-Kapitolu 2.

Artikolu 235 2.
Fejn l-ammont protett (GA) huwa inqas mill-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-formula speċifikata fil-paragrafu 1 biss fejn il-partijiet protetti u mhux protetti tal-iskopertura għandhom prijorità ugwali.
Artikolu 235 3.
L-istituzzjonijiet jistgħu jestendu t-trattament preferenzjali stabbilit fl-Artikolu 114(4) u (7), għal skoperturi jew għal partijiet minn skoperturi garantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali daqslikieku dawk l-iskoperturi kienu skoperturi diretti għall-gvern ċentrali jew għall-bank ċentrali, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 114(4) jew (7), kif applikabbli, jiġu ssodisfati għal tali skoperturi diretti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit