+Artikolu 259 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont is-SEC-IRBA
---+Artikolu 259 1.
---+Artikolu 259 2.
---+Artikolu 259 3.
---+Artikolu 259 4.
---+Artikolu 259 5.
---+Artikolu 259 6.
---+Artikolu 259 7.
---+Artikolu 259 8.
|
Artikolu 259 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont is-SEC-IRBA
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 259 1.
|
Skont is-SEC-IRBA, l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni kkalkolat skont l-Artikolu 248 jiġi mmultiplikat bil-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli ddeterminat kif ġej, fil-każijiet kollha soġġetti għal limitu minimu ta’ 15 %:
|
RW = 1 250 %
|
meta D ≤ KIRB
|
|
|
meta A ≥ KIRB
|
|
|
meta A < KIRB < D
|
fejn:
|
KIRB
|
hija l-imposta kapitali tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti kif definita fl-Artikolu 255
|
|
D
|
huwa l-punt ta’ distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256
|
|
A
|
huwa l-punt ta’ akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256
|
fejn:
fejn:
fejn:
|
N
|
huwa n-numru effettiv ta’ skoperturi fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti, ikkalkolat skont il-paragrafu 4;
|
|
LGD
|
huwa t-telf medju fil-każ ta’ inadempjenza ponderat skont l-iskopertura tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti, ikkalkolat skont il-paragrafu 5;
|
|
MT
|
hija l-maturità tas-segment kif iddeterminata skont l-Artikolu 257.
|
Il-parametri A, B, C, D u E għandhom jiġu ddeterminati skont it-tabella ta’ referenza li ġejja:
|
|
A
|
B
|
C
|
D
|
E
|
|
Mhux fil-livell tal-konsumatur
|
Superjuri, granulari (N ≥ 25)
|
0
|
3,56
|
-1,85
|
0,55
|
0,07
|
|
Superjuri, mhux granulari (N < 25)
|
0,11
|
2,61
|
-2,91
|
0,68
|
0,07
|
|
Mhux superjuri, granulari (N ≥ 25)
|
0,16
|
2,87
|
-1,03
|
0,21
|
0,07
|
|
Mhux superjuri, mhux granulari (N < 25)
|
0,22
|
2,35
|
-2,46
|
0,48
|
0,07
|
|
Fil-livell tal-konsumatur
|
Superjuri
|
0
|
0
|
-7,48
|
0,71
|
0,24
|
|
Mhux superjuri
|
0
|
0
|
-5,78
|
0,55
|
0,27
|
|
|
Artikolu 259 2.
|
Jekk l-aggregazzjoni tal-IRB sottostanti tkun tinkludi kemm skoperturi fil-livell tal-konsumatur kif ukoll mhux fil-livell tal-konsumatur, l-aggregazzjoni għandha tinqasam f’sottoaggregazzjoni fil-livell tal-konsumatur u waħda mhux fil-livell tal-konsumatur u, għal kull sottoaggregazzjoni, għandu jiġi stmat parametru p separat (u l-parametri tal-input korrispondenti N, KIRB u LGD). Sussegwentement, għandu jiġi kkalkolat parametru p medju ponderat għat-tranżazzjoni abbażi tal-parametri p ta’ kull sottoaggregazzjoni u d-daqs nominali tal-iskoperturi f’kull sottoaggregazzjoni.
|
|
Artikolu 259 3.
|
Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA għal aggregazzjoni mħallta, il-kalkolu tal-parametru p għandu jkun ibbażat fuq l-iskoperturi sottostanti soġġett għall-Approċċ IRB biss. L-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat għandhom jiġu injorati għal dawn il-finijiet.
|
|
Artikolu 259 4.
|
In-numru effettiv ta’ skoperturi (N) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
fejn EADi tirrappreżenta l-valur tal-iskopertura assoċjata mal-iskopertura fl-aggregazzjoni.
L-iskoperturi multipli għall-istess obbligant għandhom jiġu kkonsolidati u ttrattati bħala skopertura waħda.
|
|
Artikolu 259 5.
|
L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
fejn LGDi jirrappreżenta l-LGD medju assoċjat mal-iskoperturi kollha għall-obbligant i.
Meta r-riskji ta’ kreditu u ta’ dilwizzjoni għar-riċevibbli mixtrija jiġu ġestiti b’mod aggregat f’titolizzazzjoni, l-input tal-LGD għandu jitqies bħala medja ponderata tal-LGD għar-riskju tal-kreditu u 100 % LGD għar-riskju ta’ dilwizzjoni. Il-ponderazzjonijiet għandhom ikunu r-rekwiżiti kapitali tal-Approċċ IRB awtonomi għar-riskju tal-kreditu u għar-riskju ta’ dilwizzjoni, rispettivament. Għal dawn il-finijiet, il-preżenza ta’ fond ta’ riżerva wieħed jew sovrakollateralizzazzjoni disponibbli biex jiġi kopert it-telf minn riskju tal-kreditu jew minn riskju ta’ dilwizzjoni tista’ titqies bħala indikazzjoni li dawn ir-riskji huma ġestiti b’mod aggregat.
|
|
Artikolu 259 6.
|
Meta s-sehem tal-akbar skopertura sottostanti fl-aggregazzjoni (C1) ma jkunx akbar minn 3 %, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu simplifikat li ġej sabiex jikkalkolaw N u l-LGDs medji ponderati skont l-iskopertura:
LGD = 0,50
fejn
|
Cm
|
jirrappreżenta s-sehem tal-aggregazzjoni li tikkorrispondi għas-somma tal-akbar skoperturi m; u
|
|
m
|
huwa stabbilit mill-istituzzjoni.
|
Jekk huwa disponibbli biss C1 u dan l-ammont mhuwiex aktar minn 0.03, mela allura l-istituzzjoni tista’ tistabbilixxi l-LGD bħala 0,50 u N bħala 1/C1.
|
|
Artikolu 259 7.
|
Meta l-pożizzjoni tiġi appoġġjata minn aggregazzjoni mħallta u l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula l-KIRB fuq mill-inqas 95 % tal-ammonti ta’ skoperturi sottostanti skont il-punt (a) tal-Artikolu 258(1), l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-imposta kapitali għall-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti bħala:
fejn
d huwa s-sehem tal-ammont ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li għalihom l-istituzzjoni tista’ tikkalkula l-KIRB fuq l-ammont ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha.
|
|
Artikolu 259 8.
|
Meta istituzzjoni jkollha pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-forma ta’ derivattiva biex tiħħeġġja r-riskji tas-suq, inkluż ir-riskji tar-rata ta’ imgħax jew tal-munita, l-istituzzjoni tista’ tattribwixxi lil dik id-derivattiva ponderazzjoni tar-riskju inferit ekwivalenti għall-ponderazzjoni tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ referenza kkalkolat skont dan l-Artikolu. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-pożizzjoni ta’ referenza għandha tkun il-pożizzjoni li hija pari passu f’kull aspett mad-derivattiva jew, fin-nuqqas ta’ tali pożizzjoni pari passu, il-pożizzjoni li hija immedjatament subordinata għad-derivattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|