|
+Artikolu 270e Immappjar tat-titolizzazzjoni |
Artikolu 270e Immappjar tat-titolizzazzjoniArtikolu 270e Immappjar tat-titolizzazzjoni L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tidentifika b’mod oġġettiv u konsistenti l-iskali tal-kwalità kreditizja stabbiliti f’dan il-Kapitolu b’mod relattiv għall-valutazzjonijiet ta’ kreditu rilevanti tal-ECAIs kollha. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha, b’mod partikolari:
(a)
tiddistingwi bejn il-gradi ta’ riskju relattivi espressi minn kull valutazzjoni;
(b)
tikkunsidra fatturi kwantitattivi, bħar-rati ta’ inadempjenza jew telf u l-prestazzjoni storika tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ kull ECAI fost kategoriji ta’ assi differenti;
(c)
tikkunsidra fatturi kwalitattivi bħall-firxa ta’ tranżazzjonijiet ivvalutati mill-ECAI, il-metodoloġija tagħha u t-tifsira tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħha, b’mod partikolari, jekk tali valutazzjonijiet jikkunsidrawx it-telf mistenni jew l-ewwel telf tal-Euro, kif ukoll il-ħlas f’waqtu tal-imgħaxijiet jew il-ħlas aħħari tal-imgħaxijiet;
(d)
tfittex li tiżgura li l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li għalihom japplika l-istess piż ta’ riskju abbażi tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs ikunu soġġetti għal gradi ekwivalenti ta’ riskju tal-kreditu. L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2014. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|