+Taqsima 4 Valutazzjonijiet ta’ kreditu esterni
---+Artikolu 270b Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAIs
---+Artikolu 270c Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIs
---+Artikolu 270d Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu
------+Artikolu 270d 1.
------+Artikolu 270d 2.
------+Artikolu 270d 3.
------+Artikolu 270d 4.
---+Artikolu 270e Immappjar tat-titolizzazzjoni
|
Taqsima 4 Valutazzjonijiet ta’ kreditu esterni
Taqsima 4 Valutazzjonijiet ta’ kreditu esterni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 270b Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAIs
|
Artikolu 270b
Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAIs
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw biss il-valutazzjonijiet ta’ kreditu biex jiddeterminaw il-ponderazzjoni tar-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont dan il-Kapitolu meta l-valutazzjoni ta’ kreditu tkun inħarġet jew ġiet approvata minn ECAI skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
|
|
Artikolu 270c Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIs
|
Artikolu 270c
Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIs
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont it-Taqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biss valutazzjoni ta’ kreditu ta’ ECAI meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ma jkun hemm ebda diskrepanza bejn it-tipi ta’ pagamenti riflessi fil-valutazzjoni ta’ kreditu u t-tipi ta’ pagamenti li għalihom hija intitolata l-istituzzjoni skont il-kuntratt li jwassal għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni inkwistjoni;
(b)
l-ECAI tippubblika l-valutazzjonijiet ta’ kreditu u l-informazzjoni dwar l-analiżi tat-telf u tal-fluss tal-flus, is-sensittività tal-klassifikazzjonijiet għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti, inkluża l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti, u dwar il-proċeduri, il-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-elementi ewlenin li huma l-bażi tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-informazzjoni għandha titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku meta hija tkun ġiet ippubblikata f’format aċċessibbli. L-informazzjoni li tkun disponibbli biss għal numru limitat ta’ entitajiet ma għandhiex titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku;
(c)
il-valutazzjonijiet ta’ kreditu jiġu inklużi fil-matriċi tat-transizzjoni tal-ECAI;
(d)
il-valutazzjonijiet ta’ kreditu mhumiex ibbażati jew parzjalment ibbażati fuq l-appoġġ mhux iffinanzjat ipprovdut mill-istituzzjoni nnifisha. Meta pożizzjoni tkun ibbażata jew parzjalment ibbażata fuq appoġġ mhux iffinanzjat, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dik il-pożizzjoni bħallikieku ma kinitx ikklassifikata għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal din il-pożizzjoni skont it-Taqsima 3;
(e)
l-ECAI impenjat ruħha li tippubblika spjegazzjonijiet dwar kif il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti taffettwa l-valutazzjoni ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 270d Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu
|
-
|
|
Artikolu 270e Immappjar tat-titolizzazzjoni
|
Artikolu 270e
Immappjar tat-titolizzazzjoni
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tidentifika b’mod oġġettiv u konsistenti l-iskali tal-kwalità kreditizja stabbiliti f’dan il-Kapitolu b’mod relattiv għall-valutazzjonijiet ta’ kreditu rilevanti tal-ECAIs kollha. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha, b’mod partikolari:
(a)
tiddistingwi bejn il-gradi ta’ riskju relattivi espressi minn kull valutazzjoni;
(b)
tikkunsidra fatturi kwantitattivi, bħar-rati ta’ inadempjenza jew telf u l-prestazzjoni storika tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ kull ECAI fost kategoriji ta’ assi differenti;
(c)
tikkunsidra fatturi kwalitattivi bħall-firxa ta’ tranżazzjonijiet ivvalutati mill-ECAI, il-metodoloġija tagħha u t-tifsira tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħha, b’mod partikolari, jekk tali valutazzjonijiet jikkunsidrawx it-telf mistenni jew l-ewwel telf tal-Euro, kif ukoll il-ħlas f’waqtu tal-imgħaxijiet jew il-ħlas aħħari tal-imgħaxijiet;
(d)
tfittex li tiżgura li l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li għalihom japplika l-istess piż ta’ riskju abbażi tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs ikunu soġġetti għal gradi ekwivalenti ta’ riskju tal-kreditu.
L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|