+Artikolu 279c Fattur ta' Maturità
---+Artikolu 279c 1.
---+Artikolu 279c 2.

Artikolu 279c Fattur ta' Maturità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 279c 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' maturità kif ġej:

(a) 

għal tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting kif imsemmi fl-Artikolu 275(1), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

image

fejn:

MF

=

il-fattur ta' maturità;

M

=

il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni li hija ugwali għall-perijodu ta' żmien meħtieġ għat-terminazzjoni tal-obbligi kuntrattwali kollha tat-tranżazzjoni; għal dak il-għan, kwalunkwe dritt ta' għażla ta' kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi kkunsidrat bħala obbligu kuntrattwali; il-maturità li jifdal għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol;

meta tranżazzjoni għandha kuntratt tad-derivattivi ieħor bħala strument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tat-tranżazzjoni, il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni għandha tkun ugwali għall-perijodu meħtieġ għat-terminazzjoni tal-obbligi kuntrattwali kollha tal-istrument sottostanti;

meta tranżazzjoni tiġi strutturata sabiex skopertura pendenti tingħalaq wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini jiġu ffissati mill-ġdid sabiex il-valur tas-suq tat-tranżazzjoni ikun żero f'dawk id-dati speċifikati, il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni għandha tkun daqs iż-żmien sad-data tal-iffissar mill-ġdid li jmiss; u

SenaNegozju

=

sena waħda espressa f'jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol;

(b) 

għal tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3), il-fattur ta' maturità huwa definit bħala:

image

fejn:

MF

=

il-fattur ta' maturità;

MPOR

=

il-perijodu ta' marġni ta' riskju tas-sett tan-netting determinat skont l-Artikolu 285(2) sa (5); u

SenaNegozju

=

sena waħda espressa f'jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol;

Meta tiddetermina l-perijodu ta' marġni tar-riskju għal tranżazzjonijiet bejn klijent u membru tal-ikklerjar, istituzzjoni li taġixxi jew bħala l-klijent jew bħala l-membru tal-ikklerjar għandha tissostitwixxi l-perijodu minimu stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 285(2) b'ħamest ijiem tax-xogħol.

Artikolu 279c 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-maturità li jifdal għandha tkun ugwali għall-perijodu ta' żmien sad-data tal-issettjar mill-ġdid li jmiss għal tranżazzjonijiet li huma strutturati biex tiġi saldata skopertura pendenti wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini huma ssettjati mill-ġdid b'tali mod li l-valur tas-suq tal-kuntratt ikun żero f'dawk id-dati ta' pagamenti speċifikati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit