|
+Artikolu 285 3. |
Artikolu 285 3.Il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a)
għas-settijiet ta’ netting kollha fejn l-għadd ta' transazzjonijiet jaqbeż il-5 000 fi kwalunkwe punt matul trimestru, il-perijodu b'riskju ta' marġni għat-trimestru ta’ wara ma għandux ikun inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol. Din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għall-iskoperturi kummerċjali tal-istituzzjonijiet;
(b)
għal settijiet ta' netting li fihom transazzjoni waħda jew aktar li jinvolvu jew kollateral illikwidu, jew derivat OTC li ma jistax jiġi sostitwit faċilment, il-perijodu b'riskju ta' marġni ma għandux ikun inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol. Istituzzjoni għandha tiddetermina jekk kollateral huwiex illikwidu jew jekk id-derivati OTC jistgħux jiġu sostitwiti faċilment fil-kuntest ta’ kondizzjonijiet tas-suq taħt kriżi, karatterizzati mill-assenza tas-swieq kontinwament attivi fejn kontroparti, fi żmien jumejn jew inqas, tikseb diversi kwoti tal-prezz li ma jċaqalqux is-suq jew jirrappreżentaw prezz li jirrefletti skont tas-suq (fil-każ ta’ kollateral) jew primjum (fil-każ ta’ derivat OTC). Istituzzjoni għandha tikkunsidra jekk it-transazzjonijiet jew it-titoli li żżomm bħala kollateral humiex konċentrati f’kontroparti partikolari u f'każ li dik il-kontroparti toħroġ mis-suq b’mod preċipituż, jekk l-istituzzjoni tkunx tista’ tissotitwixxi dawk it-transazzjonijiet jew titoli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|