|
+Artikolu 304 3. |
Artikolu 304 3.Meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew 6 ta' dan il-Kapitolu biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
b'deroga mill-Artikolu 285(2), l-istituzzjoni tista' tuża perijodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas ħames ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent;
(b)
l-istituzzjoni għandha tapplika perijodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas 10 ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' CCP;
(c)
b'deroga mill-Artikolu 285(3), meta sett tan-netting inkluż fil-kalkolu jissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu, l-istituzzjoni tista' tinjora l-limitu stabbilit f'dak il-punt, sakemm is-sett tan-netting ma jissodisfax il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu u ma jinkludi l-ebda negozju kkontestat jew opzjonijiet eżotiċi;
(d)
meta CCP iżżomm il-marġni ta' varjazzjoni fil-konfront ta' tranżazzjoni u l-kollateral tal-istituzzjoni mhuwiex protett kontra l-insolvenza tas-CCP, l-istituzzjoni għandha tapplika perijodu ta' marġni ta' riskju li huwa inferjuri għal sena u l-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni, b'minimu ta' 10 ġranet tax-xogħol. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|