+Artikolu 311 Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi lil CCPs li ma jibqgħux jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet
---+Artikolu 311 1.
---+Artikolu 311 2.
|
Artikolu 311 Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi lil CCPs li ma jibqgħux jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 311 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit f'dan l-Artikolu fejn isiru saru jafu, wara tħabbira jew notifika pubblika mill-awtorità kompetenti ta' CCP użata minn dawk l-istituzzjonijiet jew minn dik is-CCP innifisha, li s-CCP mhijiex ser tikkonforma iktar mal-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni jew rikonoxximent, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 311 2.
|
Meta tiġi ssodisfata l-kondizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet, fi żmien tliet xhur minn meta saru jafu biċ-ċirkostanza msemmija hemmhekk, jew preċedentement jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-istituzzjoni jeħtieġu hekk, jagħmlu dan li ġej fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom fil-konfront ta' dik is-CCP:
(a)
japplikaw it-trattament stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 306(1) għall-iskoperturi kummerċjali tagħhom għal dik is-CCP;
(b)
japplikaw it-trattament stipulat fl-Artikolu 309 għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħhom għall-fond tal-inadempjenza ta' dik is-CCP u għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħhom fil-konfront ta' dik is-CCP;
(c)
jittrattaw l-iskoperturi tagħhom għal dik is-CCP, minbarra dawk l-iskoperturi mniżżla fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu bħala skoperturi fil-konfront ta' korporattiva f'konformità mal-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu stipulat fil-Kapitolu 2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|