+Artikolu 320 Esklużjoni tat-telf
---+Artikolu 320 1.
---+Artikolu 320 2.
---+Artikolu 320 3.

Artikolu 320 Esklużjoni tat-telf

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 320 1.

Istituzzjoni tista' titlob permess mill-awtorità kompetenti biex teskludi mill-kalkolu tat-telf annwali mir-riskju operazzjonali tagħha avvenimenti eċċezzjonali ta' riskju operazzjonali li ma jkunux għadhom rilevanti għall-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-kawża tal-avveniment ta' riskju operazzjonali fl-oriġini ta' dak it-telf mir-riskju operazzjonali mhux ser jerġa' jseħħ;

(b) 

it-telf nett aggregat tal-avveniment ta' riskju operazzjonali korrispondenti huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

daqs jew jaqbżu l-10 % tat-telf medju annwali mir-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni, ikkalkulat fuq l-aħħar 10 snin finanzjarji u bbażat fuq il-limitu msemmi fl-Artikolu 319(1), meta l-avveniment ta' telf mir-riskju operazzjonali jirreferi għal attivitajiet li għadhom parti mill-indikatur tan-negozju;

(ii) 

relatat ma' avveniment ta' riskju operazzjonali li jirreferi għal attivitajiet divestiti mill-indikatur tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 315(2);

(c) 

it-telf mir-riskju operazzjonali kien fil-bażi ta' data dwar it-telf għal perjodu minimu ta' sena, sakemm it-telf mir-riskju operazzjonali ma jkunx relatat ma' attivitajiet divestiti mill-indikatur tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 315(2).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu il-perjodu minimu ta' sena għandu jibda mid-data li fiha l-avveniment ta' riskju operazzjonali, inkluż fis-sett ta' data dwar it-telf, l-ewwel sar akbar mil-limitu ta' materjalità previst fl-Artikolu 319(1).

Artikolu 320 2.

Istituzzjoni li titlob il-permess imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'ġustifikazzjonijiet iddokumentati għall-esklużjoni ta' avveniment ta' riskju operazzjonali eċċezzjonali, inkluż:

(a) 

deskrizzjoni tal-avveniment ta' riskju operazzjonali;

(b) 

prova li t-telf mill-avveniment ta' riskju operazzjonali jkun ogħla mil-limitu ta' materjalità għall-esklużjoni tat-telf imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b)(i), inkluż id-data li fiha dak l-avveniment ta' riskju operazzjonali jsir akbar mil-limitu ta' materjalità;

(c) 

id-data li fiha l-avveniment ta' riskju operazzjonali kkonċernat jiġi eskluż, meta jitqies il-perjodu minimu ta' żamma stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (c);

(d) 

ir-raġuni għaliex l-avveniment ta' riskju operazzjonali ma għadux meqjus rilevanti għall-profil tar-riskju tal-istituzzjoni;

(e) 

dimostrazzjoni li ma hemm l-ebda skopertura legali simili jew residwu u li l-avveniment ta' riskju operazzjonali li għandu jiġi eskluż ma għandu l-ebda rilevanza għal attivitajiet jew għal prodotti oħra;

(f) 

rapporti tar-rieżami jew tal-validazzjoni indipendenti tal-istituzzjoni, li jikkonfermaw li l-avveniment ta' riskju operazzjonali ma għadux rilevanti u li ma hemm l-ebda skopertura legali simili jew residwu;

(g) 

prova li l-korpi kompetenti tal-istituzzjoni, permezz tal-proċessi ta' approvazzjoni tal-istituzzjoni, ikunu approvaw it-talba għall-esklużjoni tal-avveniment ta' riskju operazzjonali u d-data ta' tali approvazzjoni;

(h) 

l-impatt tal-esklużjoni tal-avveniment ta' riskju operazzjonali fuq it-telf annwali tar-riskju operazzjonali.

Artikolu 320 3.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet li l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta skont il-paragrafu 1, inkluż kif it-telf medju annwali mir-riskju operazzjonali għandu jiġi kkalkulat u kif l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-informazzjoni li għandha tinġabar skont il-paragrafu 2 jew kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja biex titwettaq il-valutazzjoni.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit