|
+Artikolu 325j 6. |
Artikolu 325j 6.Sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni ta' CIU f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq parti terza sabiex twettaq tali kalkolu, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-parti terza tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja tas-CIU, dment li s-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dik l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja;
(ii)
għal CIUs li ma jkunux koperti mill-punt (i) ta' dan il-punt, il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, dment li l-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3), il-punt (a);
(iii)
bejjiegħ terz bil-kundizzjoni li d-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju jiġu pprovduti jew ikkalkulati mill-partijiet terzi msemmija fil-punt(i) jew (ii) ta' dan il-punt jew minn bejjiegħ terz ieħor bħal dan;
(b)
il-parti terza tipprovdi lill-istituzzjoni bid-data, bl-informazzjoni jew bil-metriċi tar-riskju sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjoni tas-CIU f'konformità mal-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu;
(c)
awditur estern tal-istituzzjoni jkun ikkonferma l-adegwatezza tad-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju tal-parti terza msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għal dik id-data,l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju fuq talba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|