+Artikolu 325j Trattament ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv
---+Artikolu 325j 1.
---+Artikolu 325j 1a.
---+Artikolu 325j 2.
---+Artikolu 325j 3.
---+Artikolu 325j 4.
---+Artikolu 325j 5.
---+Artikolu 325j 6.
---+Artikolu 325j 7.
|
Artikolu 325j Trattament ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325j 1.
|
Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni f'CIU billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:
(a)
istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (a), għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' dik il-pożizzjoni billi tixtarr il-pożizzjonijiet sottostanti tas-CIU, fuq bażi ta' kull xahar, daqslikieku dawk il-pożizzjonijiet kienu miżmumin direttament mill-istituzzjoni;
(b)
istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (b), għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' dik il-pożizzjoni billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:
(i)
għandha tqis il-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni ta' ekwità unika allokata lill-bucket “settur ieħor” fl-Artikolu 325ap(1), it-Tabella 8;
(ii)
għandha tqis il-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u fil-liġi rilevanti.
Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(ii) ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu tal-pożizzjonijiet tad-derivattivi tas-CIU, bl-użu tal-approċċ simplifikat stabbilit fl-Artikolu 132a(3).
|
|
Artikolu 325j 1a.
|
Għall-finijiet tal-approċċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu l-istituzzjoni għandha:
(a)
tapplika r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stabbiliti fit-Taqsima 5 u ż-żieda għar-riskju residwu stabbilita fit-Taqsima 4 għal pożizzjoni f'CIU, meta l-mandat ta' dik is-CIU jippermettilha tinvesti fi skoperturi li għandhom ikunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti ta' fondi proprji; meta jintuża l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b)(i) ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni għandha tqis il-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni ta' ekwità mhux klassifikata unika allokata lill-bucket “mhux klassifikata” fl-Artikolu 325y(1), it-Tabella 2; u
(b)
għall-pożizzjonijiet kollha fl-istess CIU, tuża l-istess approċċ fost l-approċċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat.
|
|
Artikolu 325j 2.
|
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn istituzzjoni jkollha pożizzjoni f’CIU li ssegwi parametru referenzjarju tal-indiċi sabiex id-differenza fir-ritorn annwali bejn is-CIU u l-parametru referenzjarju tal-indiċi segwit tul l-aħħar 12-il xahar ikun taħt il-1 % f’termini assoluti, bl-esklużjoni tat-tariffi u l-kummissjonijiet, l-istituzzjoni tista’ tittratta dik il-pożizzjoni bħala pożizzjoni fil-parametru referenzjarju tal-indiċi segwit. Istituzzjoni għandha tivverifika l-konformità ma’ dik il-kundizzjoni meta l-istituzzjoni tassumi l-pożizzjoni u, wara dak, minn tal-anqas kull sena. Madankollu, meta d-data għall-aħħar 12-il xahar ma tkunx għalkollox disponibbli, istituzzjoni tista’, soġġett għall-permess mingħand l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni, tuża differenza fir-ritorn annwali minn perjodu iqsar minn 12-il xahar.
|
|
Artikolu 325j 3.
|
Istituzzjoni tista’ tikkombina l-approċċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), għall-pożizzjonijiet tagħha fis-CIUs. Madankollu, istituzzjoni għandha tuża biss wieħed minn dawk l-approċċi għall-pożizzjonijiet kollha fl-istess CIU.
|
|
Artikolu 325j 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), ta' dan l-Artikolu istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tiddetermina l-portafoll ipotetiku tas-CIU li jkun jattira l-ogħla rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 325c(2), il-punt (a), fuq il-bażi tal-mandat jew tal-liġi rilevanti tas-CIU, b'kont meħud tal-lieva finanzjarja sal-punt massimu, fejn applikabbli. L-istituzzjoni għandha tuża l-istess portafoll ipotetiku bħal dak imsemmi fl-ewwel subparagrafu sabiex tikkalkula, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stabbiliti fit-Taqsima 5 u ż-żieda għar-riskju residwu stabbiliti fit-Taqsima 4 għal pożizzjoni f'CIU. Il-metodoloġija żviluppata mill-istituzzjoni sabiex tiddetermina l-portafolli ipotetika tal-pożizzjonijiet kollha fis-CIUs li għalihom jintużaw il-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti tagħha.
|
|
Artikolu 325j 5.
|
Istituzzjoni tista’ tuża l-approċċi msemmija fil-paragrafu 1 fil-każijiet biss li fihom is-CIU tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 132(3). Fil-każijiet li fihom is-CIU ma tissodisfax il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet tagħha f’dik is-CIU għall-portafoll mhux tan-negozjar.
|
|
Artikolu 325j 6.
|
Sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni ta' CIU f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq parti terza sabiex twettaq tali kalkolu, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-parti terza tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja tas-CIU, dment li s-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dik l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja;
(ii)
għal CIUs li ma jkunux koperti mill-punt (i) ta' dan il-punt, il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, dment li l-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3), il-punt (a);
(iii)
bejjiegħ terz bil-kundizzjoni li d-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju jiġu pprovduti jew ikkalkulati mill-partijiet terzi msemmija fil-punt(i) jew (ii) ta' dan il-punt jew minn bejjiegħ terz ieħor bħal dan;
(b)
il-parti terza tipprovdi lill-istituzzjoni bid-data, bl-informazzjoni jew bil-metriċi tar-riskju sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjoni tas-CIU f'konformità mal-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu;
(c)
awditur estern tal-istituzzjoni jkun ikkonferma l-adegwatezza tad-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju tal-parti terza msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għal dik id-data,l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju fuq talba.
|
|
Artikolu 325j 7.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar l-elementi tekniċi tal-metodoloġija sabiex jiġu ddeterminati l-portafolli ipotetika għall-finijiet tal-approċċ stabbilit fil-paragrafu 4, inkluż il-mod li bih l-istituzzjonijiet għandhom iqisu fil-metodoloġija, fejn applikabbli, il-lieva finanzjarja sal-punt massimu. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|