+Artikolu 325aq Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-ekwità
---+Artikolu 325aq 1.
---+Artikolu 325aq 2.
---+Artikolu 325aq 3.
---+Artikolu 325aq 4.
---+Artikolu 325aq 5.

Artikolu 325aq Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-ekwità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325aq 1.
Il-parametru ta’ korrelazzjoni tar-riskju delta ρκl bejn iż-żewġ sensittivitajiet S u S fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit għal 99,90 % fejn waħda tkun sensittività għall-prezz spot ta’ ekwità u l-oħra tkun sensittività għar-rata repo ta’ ekwità, u fejn iż-żewġ sensittivitajiet ikunu relatati mal-istess isem l-emittent tal-ekwità.
Artikolu 325aq 2.

F'każijiet oħra ħlief il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn iż-żewġ sensitivitajiet WSk u WSl għall-prezz spot tal-ekwità fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a) 

15 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq kbira, ekonomija ta' suq emerġenti (bucket numru 1, 2, 3 u 4);

(b) 

25 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq kbira, ekonomija avvanzata (bucket numru 5, 6, 7 jew 8);

(c) 

7,5 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira, ekonomija ta' suq emerġenti (bucket numru 9);

(d) 

12,5 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira, ekonomija avvanzata (bucket numru 10);

▼M12

(e) 

80 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu f’wieħed mill-bucket tal-indiċi (il-bucket numru 12 jew 13).

Artikolu 325aq 3.
Il-parametru ta’ korrelazzjoni ρkl bejn iż-żewġ sensittivitajietWSk u WSl mar-rati repo ta’ ekwità fl-istess bucket għandhom jiġi stabbiliti skont il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2.
Artikolu 325aq 4.
Bejn iż-żewġ sensittivitajiet WSk u WSl l-istess bucket fejn waħda tkun sensittività għal prezz spot tal-ekwità u l-oħra sensittività għal rata repo tal-ekwità u ż-żewġ sensitivitajiet jirrelataw ma' isem ta' emittent tal-ekwità differenti, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit fil-parametri ta' korrelazzjoni speċifikati fil-paragrafu 2, immultiplikat b'99,90 %.
Artikolu 325aq 5.

Il-parametri ta' korrelazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx japplikaw għall-bucket 11. Ir-rekwiżit kapitali għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fi ħdan il-bucket 11 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensittivitajiet ippeżati netti allokati għal dak il-bucket:

image

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit