+Artikolu 412 Rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità
---+Artikolu 412 1.
---+Artikolu 412 2.
---+Artikolu 412 3.
---+Artikolu 412 4.
---+Artikolu 412 4a.
---+Artikolu 412 5.
|
Artikolu 412 Rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 412 1.
|
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom assi likwidi, li s-somma tal-valuri tagħhom tkopri l-ħruġ ta’ likwidità imnaqqas mid-dħul tal-likwidità f’kondizzjonijiet ta’ stress sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu livelli ta' riżervi ta’ likwidità li jkunu adegwati biex jiffaċċjaw kwalunkwe żbilanċ possibbli bejn id-dħul u l-ħruġ ta' likwidità f’kondizzjonijiet ta’ stress kbir fuq perijodu ta’ tletin ġurnata. Waqt żmien ta' stress, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-assi likwidi tagħhom biex ikopru l-flussi 'l barra netti ta’ likwidità tagħhom.
|
|
Artikolu 412 2.
|
L-istituzzjonijiet ma għandhomx jgħoddu għal darbtejn il-fluss ta' ħruġ tal-likwidità, il-flussi ta' dħul tal-likwidità u l-assi likwidi. Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), fejn element jista' jingħadd f'iktar minn kategorija waħda ta' fluss ta' ħruġ, għandu jingħadd fil-kategorija ta' fluss ta' ħruġ li tipproduċi l-akbar fluss ta' ħruġ kuntrattwali għal dak l-element.
|
|
Artikolu 412 3.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-assi likwidi msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jilħqu l-obbligi tagħhom f’ċirkustanzi ta’ stress kif speċifikat fl-Artikolu 414.
|
|
Artikolu 412 4.
|
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu II għandhom japplikaw b’mod esklussiv għall-finijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415.
|
|
Artikolu 412 4a.
|
L-Att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandu japplika għall-istituzzjonijiet'
|
|
Artikolu 412 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam ta' rekwiżiti ta' likwidità qabel ma jkunu speċifikati u introdotti kompletament fl-Unjoni standards minimi vinkolanti għar-rekwiżiti ta' kopertura tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 460. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet awtorizati domestikament, jew sottogrupp ta' dawk l-istituzzjonijiet, biex iżommu rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità ogħla sa 100 % sakemm jiġi introdott kompletament l-standard minimu vinkolanti bir-rata ta' 100 % f'konformità mal-Artikolu 460.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|