+Artikolu 417 Rekwiżiti operattivi għall-holdings f'assi likwidi

Artikolu 417 Rekwiżiti operattivi għall-holdings f'assi likwidi

Artikolu 417

Rekwiżiti operattivi għall-holdings f'assi likwidi

L-istituzzjoni għandha tirrapporta biss bħala assi likwidi dawk il-holdings ta’ assi likwidi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikunu diversifikati kif xieraq. Id-diversifikazzjoni mhix meħtieġa f'termini ta' assi korrispondenti għall-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 416(1);

(b) 

ikunu disponibbli minnufih b’mod legali u prattiku fi kwalunkwe ħin matul it-30 ġurnata li jmiss biex jiġu likwidati permezz bejgħ dirett jew permezz ta' ftehimsempliċi ta' xiri mill-ġdid fi swieq ta' xiri mill-ġdid approvat sabiex jintlaħqu l-obbligi li jkunu qed isiru dovuti. L-assi likwidi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 416(1) li jinżammu f'pajjiżi terzi fejn hemm restrizzjonijiet fuq it-trasferiment jew li jkunu denominati f’muniti mhux konvertibbli għandhom jitqiesu disponibbli biss sakemm jikkorrispondu għall-ħruġ fil-pajjiż terz jew fil-munita inkwistjoni, dment li l-istituzzjoni ma tkunx tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li hija tkun kopriet adegwatament ir-riskju tal-valuta li jirriżulta;

(c) 

l-assi likwidi jkunu kkontrollati minn funzjoni tal-ġestjoni tal-likwidità;

►C2  (d) 

parti mill-assi likwidi ħlief dawk imsemmijin fil-punti (a), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 416(1), tkun perijodikament u mill-anqas darba fis-sena likwidata ◄ permezz ta’ bejgħ dirett jew permezz ta' ftehimiet sempliċi ta' xiri mill-ġdid f'suq ta' xiri mill-ġdid approvat għall-għanijiet li ġejjin:

(i) 

sabiex jiġi ttestjat l-aċċess ta’ dawn l-assi għas-suq;

(ii) 

sabiex tiġi ttestjata l-effikaċja tal-proċessi tagħha għal-likwidazzjoni tal-assi;

(iii) 

sabiex jiġi ttestjat il-fatt ta' kemm jistgħu jintużaw l-assi;

(iv) 

sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ senjalar negattiv matul perijodu ta’ stress;

(e) 

ir-riskji tal-prezzijiet assoċjati mal-assi jistgħu jiġu koperti iżda l-assi likwidi huma soġġetti għal arranġamenti interni xierqa li jiżguraw li jkunu disponibbli minnufih għat-teżor meta jkun meħtieġ u b'mod speċjali li huma ma jkunux ser jintużaw f’operazzjonijiet oħra li jkunu għaddejjin, fosthom:

(i) 

jew strateġiji oħra ta’ negozjar;

(ii) 

biex jissaħħaħ il-kreditu fi transazzjonijiet strutturati;

(iii) 

jkopru l-ispejjeż operazzjonali.

(f) 

id-denominazzjoni tal-assi likwidi tkun konsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-flussi ’l barra tal-likwidità wara t-tnaqqis tal-flussi ’il ġewwa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit