Artikolu 422 4.
Is-servizzi ta' kklerjar, ta' kustodja jew ta' maniġġjar tal-flus jew servizzi oħra komparabbli msemmijin fil-punti (a) u (d) tal-paragrafu 3 għandhom ikopru biss dawk is-servizzi sakemm dawk is-servizzi jitwettqu fil-kuntest ta' relazzjoni stabbilita li fuqha d-depożitant ikollu dipendenza sostanzjali. Dawk is-servizzi ma għandhomx jikkonsistu sempliċiment minn servizzi bankarji korrispondenti jew ta' senserija primarja, u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom provi li l-klijent ma jistax jiġbed l-ammonti legalment dovuti fuq perijodu ta' 30 ġurnata mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonament operattiv tiegħu. Sa meta tiġi stabbilita definizzjoni uniformi ta' relazzjoni operattiva stabbilita kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu huma stess il-kriterji sabiex jidentifikaw relazzjoni operattiva stabbilita skont liema jkollhom il-provi li l-klijent ma jistax jiġbed l-ammonti legalment dovuti fuq perijodu ta' 30 ġurnata mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonament operattiv tagħha u għandhom jirrappurtaw dawk il-kriterji lill-awtoritajiet kompetenti. Fin-nuqqas ta' definizzjoni uniformi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu gwida ġenerali li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu sabiex jidentifikaw id-depożiti miżmuma mid-depożitant fil-kuntest ta' relazzjoni operattiva stabbilita.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|