|
+Artikolu 428 1. |
Artikolu 428 1.Sakemm ma jkunux imnaqqsin mill-fondi proprji, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti b’mod separat sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal finanzjament stabbli:
(a)
l-assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont l-Artikolu 416, maqsuma skont it-tip ta’ ass;
(b)
it-titoli u l-istrumenti tas-suq tal-flus li ġejjin li mhux inklużi fil-punt (a):
(i)
assi li jikkwalifikaw għall-klassi ta' kreditu 1 skont l-Artikolu 122;
(ii)
assi li jikkwalifikaw għall-klassi ta' kreditu 2 skont l-Artikolu 122;
(iii)
assi oħrajn;
(c)
titoli ta' ekwità ta’ entitajiet li mhumiex finanzjarji elenkati fuq indiċi ewlieni f’borża rikonoxxuta;
(d)
titoli ta' ekwità oħra;
(e)
deheb;
(f)
metall prezzjuż ieħor;
(g)
self mhux rinovabbli u riċevibbli, u separatament dawk is-self mhux rinnovabbli u riċevibbli li għalihom il-mutwatarji huma:
(i)
persuni fiżiċi għajr proprjetarji kummerċjali uniċi u soċjetajiet;
(ii)
SMEs li jikkwalifikaw għall-klassi ta' skopertura fil-livell ta' konsumatur taħt l-approċċi Standardizzati jew IRB għar-riskju tal-kreditu jew lejn kumpannija li hija eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 153(4) u fejn id-depożitu aggregat magħmul minn dak il-klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi jkun ta' inqas minn EUR 1 miljun;
(iii)
sovrani, banek ċentrali u entitajiet tas-settur pubbliku;
(iv)
klijenti mhux imsemmija fil-punti (i) u (ii) għajr konsumaturi finanzjarji;
(v)
klijenti mhux imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) li huma konsumaturi finanzjarji, u b'mod separat dawk li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu u konsumaturi finanzjarji oħrajn;
(h)
self mhux rinnovabbli u riċevibbli msemmijin fil-punt(g), u b’mod separat dawk li huma:
(i)
ikkollateralizzati bi proprjetà immobbli kummerċjali (CRE);
(ii)
ikkollateralizzati bi proprjetà residenzjali (RRE);
(iii)
finanzjati b’finanzjament simetriku(pass-through) permezz ta’ bonds eliġibbli għat-trattament kif stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta’ dan ir-Regolament jew permezz ta’ bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162;
(i)
riċevibbli ta' derivati;
(j)
assi oħra;
(k)
faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda li jikkwalifikaw bħala entrati tal-bucket 4, bucket 3 jew bucket 2 skont l-Anness I. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|