+Artikolu 428b Il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett
---+Artikolu 428b 1.
---+Artikolu 428b 2.
---+Artikolu 428b 3.
---+Artikolu 428b 4.
---+Artikolu 428b 5.
|
Artikolu 428b Il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 428b 1.
|
Ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fl-Artikolu 413(1) għandu jkun ugwali għall-proporzjon tal-finanzjament stabbli disponibbli ta' istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 3 għall-finanzjament stabbli meħtieġ tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 4, u għandu jiġi espress bħala perċentwali. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom f'konformità mal-formula li ġejja:
|
|
Artikolu 428b 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom iżommu proporzjon ta' finanzjament stabbli nett ta' mill-inqas 100 %, ikkalkulat fil-munita tar-rappurtar għat-tranżazzjonijiet tagħhom kollha, irrispettivament mid-denominazzjoni tal-munita attwali tagħhom.
|
|
Artikolu 428b 3.
|
Meta, fi kwalunkwe ħin, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett ta' istituzzjoni jkun waqa' taħt il-100 %, jew jista' raġonevolment ikun mistenni li ser jaqa' taħt il-100 %, għandu japplika r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 414. L-istituzzjoni għandu jkollha l-għan li tirrestawra l-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħha għal-livell imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-raġunijiet għan-nuqqas tal-istituzzjoni li tikkonforma mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu qabel ma jieħdu kwalunkwe miżura superviżorja.
|
|
Artikolu 428b 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw u jimmonitorjaw il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom fil-munita tar-rappurtar għat-tranżazzjonijiet tagħhom kollha, irrispettivament mid-denominazzjoni tal-munita attwali tagħhom, u separatament għat-tranżazzjonijiet tagħhom denominati f'kull waħda mill-muniti li huma soġġetti għal rappurtar separat f'konformità mal-Artikolu 415(2).
|
|
Artikolu 428b 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d-distribuzzjoni tal-profil ta' finanzjament tagħhom skont id-denominazzjoni tal-munita tkun ġeneralment konsistenti mad-distribuzzjoni tal-assi tagħhom skont il-munita. Fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jirrestrinġu l-ispariġġi bejn il-muniti billi jistabbilixxu limiti għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli meħtieġ f'munita partikolari li jistgħu jintlaħqu mill-finanzjament stabbli disponibbli li mhuwiex denominat f'dik il-munita. Dik ir-restrizzjoni tista' tiġi applikata biss għal munita li tkun soġġetta għal rappurtar separat f'konformità mal-Artikolu 415(2). Fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq spariġġi bejn il-muniti li tista' tiġi applikata f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw tal-inqas:
(a)
jekk l-istituzzjoni għandhiex il-kapaċità tittrasferixxi l-finanzjament stabbli disponibbli minn munita waħda għal oħra u bejn ġurisdizzjonijiet u entitajiet legali fi ħdan il-grupp tagħha u l-abbiltà li taqleb il-muniti u tikseb fondi fis-swieq tal-kambju barrani matul il-perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett;
(b)
l-impatt ta' movimenti ħżiena fir-rata tal-kambju fuq pożizzjonijiet ta' spariġġ eżistenti u fuq l-effettività ta' kwalunkwe hedges ta' skambju ta' valuti barranin li hemm fis-seħħ.
Kull restrizzjoni fuq l-ispariġġi bejn il-muniti, imposta f'konformità ma' dan l-Artikolu, għandha tikkostitwixxi rekwiżit ta' likwidità speċifiku kif msemmi fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|