|
+Artikolu 428r 1. |
Artikolu 428r 1.L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi likwidi ta' kwalità għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikat f'dak l-att delegat, u indipendentement minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali kif stabbilit f'dak l-att delegat;
(b)
ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li huma eliġibbli għal haircut ta' 0 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżervi ta' likwidità, kif stabbilit f'dak l-att delegat;
(c)
ir-riżervi kollha miżmuma mill-istituzzjoni fil-BĊE jew fil-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz, inkluż riżervi meħtieġa u riżervi eċċessivi;
(d)
it-talbiet kollha fuq il-BĊE, il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;
(e)
l-ammonti riċevibbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw mill-bejgħ ta' strumenti finanzjarji, valuti barranin jew komoditajiet li jkunu mistennija jiġu saldati fiċ-ċiklu jew perijodu ta' saldu standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew għat-tip ta' tranżazzjoni, jew li naqsu milli jiġu saldati iżda xorta għadhom mistennija li jiġu saldati;
(f)
assi li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 428f;
(g)
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji, fejn dawk it-tranżazzjonijiet għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur, fejn dawk il-flejjes dovuti huma kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), minbarra l-bonds koperti ta' kwalità estremament għolja speċifikati fih, u fejn l-istituzzjoni tkun legalment intitolata u operazzjonalment kapaċi terġa' tuża dawk l-assi għad-durata tat-tranżazzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-flejjes dovuti msemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi netta fejn japplika l-Artikolu 428e. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|