+Artikolu 428r Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428r 1.
---+Artikolu 428r 2.

Artikolu 428r Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 428r 1.

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi likwidi ta' kwalità għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikat f'dak l-att delegat, u indipendentement minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali kif stabbilit f'dak l-att delegat;

(b) 

ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li huma eliġibbli għal haircut ta' 0 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżervi ta' likwidità, kif stabbilit f'dak l-att delegat;

(c) 

ir-riżervi kollha miżmuma mill-istituzzjoni fil-BĊE jew fil-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz, inkluż riżervi meħtieġa u riżervi eċċessivi;

(d) 

it-talbiet kollha fuq il-BĊE, il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;

(e) 

l-ammonti riċevibbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw mill-bejgħ ta' strumenti finanzjarji, valuti barranin jew komoditajiet li jkunu mistennija jiġu saldati fiċ-ċiklu jew perijodu ta' saldu standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew għat-tip ta' tranżazzjoni, jew li naqsu milli jiġu saldati iżda xorta għadhom mistennija li jiġu saldati;

(f) 

assi li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 428f;

(g) 

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji, fejn dawk it-tranżazzjonijiet għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur, fejn dawk il-flejjes dovuti huma kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), minbarra l-bonds koperti ta' kwalità estremament għolja speċifikati fih, u fejn l-istituzzjoni tkun legalment intitolata u operazzjonalment kapaċi terġa' tuża dawk l-assi għad-durata tat-tranżazzjoni.

L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-flejjes dovuti msemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi netta fejn japplika l-Artikolu 428e.

Artikolu 428r 2.
B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, bil-ftehim tal-bank ċentrali rilevanti, li japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għar-riżervi meħtieġa, billi jitqies, b'mod partikolari, il-punt sa fejn jeżistu r-rekwiżiti tar-riżervi fuq perijodu ta' sena u għalhekk jeħtieġu finanzjament stabbli assoċjat.

Għal sussidjarji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali f'pajjiż terz, fejn ir-riżervi meħtieġa tal-bank ċentrali jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla taħt ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz, dak il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għandu jitqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit