+Artikolu 428ak Maturità residwa ta' obbligazzjoni jew fondi proprji
---+Artikolu 428ak 1.
---+Artikolu 428ak 2.
---+Artikolu 428ak 3.
---+Artikolu 428ak 4.
|
Artikolu 428ak Maturità residwa ta' obbligazzjoni jew fondi proprji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 428ak 1.
|
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-maturità kuntrattwali residwa tal-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji tagħhom biex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2.
|
|
Artikolu 428ak 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-opzjonijiet eżistenti biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' obbligazzjoni jew tal-fondi proprji. Huma għandhom jagħmlu dan fuq is-suppożizzjoni li l-kontroparti tifdi opzjonijiet ta' xiri fl-iktar data kmieni possibbli. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità ta' istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari l-aspettattivi tas-suq li l-istituzzjonijiet għandhom jifdu ċerti obbligazzjonijiet qabel il-maturità tagħhom.
|
|
Artikolu 428ak 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw depożiti b'perijodi ta' notifika fissi f'konformità mal-perijodu ta' notifika tagħhom, u għandhom jittrattaw id-depożiti ta' żmien fiss f'konformità mal-maturità residwa tagħhom. B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet m'għandhomx iqisu opzjonijiet għall-prelevamenti kmieni, meta d-depożitant irid iħallas penali materjali għal prelevamenti kmieni li jseħħu f'anqas minn sena, it-tali penali kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss.
|
|
Artikolu 428ak 4.
|
Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2, għall-obbligazzjonijiet b'maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, kwalunkwe porzjon li jimmatura f'inqas minn sitt xhur u kwalunkwe porzjon li jimmatura bejn sitt xhur u inqas minn sena għandu jiġi ttrattat bħala li għandu maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena, rispettivament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|