+Artikolu 429a Skoperturi esklużi mill-miżura tal-iskopertura totali
---+Artikolu 429a 1.
---+Artikolu 429a 2.
---+Artikolu 429a 3.
---+Artikolu 429a 4.
---+Artikolu 429a 5.
---+Artikolu 429a 6.
---+Artikolu 429a 7.

Artikolu 429a Skoperturi esklużi mill-miżura tal-iskopertura totali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 429a 1.

B'deroga mill- Artikolu 429(4), istituzzjoni tista' teskludi kwalunkwe skopertura li ġejja mill-miżura tal-iskopertura totali tagħha:

(a) 

l-ammonti mnaqqsa mill-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 36(1);

(b) 

l-assi mnaqqsa fil-kalkolu tal-miżura kapitali msemmija fl-Artikolu 429(3);

(c) 

l-iskoperturi li jkunu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikolu 113(6) jew (7);

▼M17

(ca) 

fejn l-istituzzjoni tkun membru tan-network imsemmi fl-Artikolu 113(7), l-iskoperturi li jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikolu 114 u li jirriżultaw minn assi li jkunu ekwivalenti ta' depożiti fl-istess munita ta' membri oħrajn ta' dak in-network li jirriżultaw minn depożitu minimu legali jew statutorju f'konformità mal-Artikolu 422(3), il-punt (b); f'każ bħal dan, l-iskoperturi ta' membri oħra ta' dak in-network, kemm jekk ikunu depożitu minimu legali kif ukoll statutorju, mhumiex soġġetti għall-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

▼C8

(d) 

meta l-istituzzjoni tkun istituzzjoni ta’ kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-iskoperturi li jirriżultaw minn assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku fir-rigward ta’ investimenti, u self promozzjonali;

▼M17

(da) 

l-iskoperturi tal-istituzzjoni għall-azzjonisti tagħha, dment li tali skoperturi jkunu kollateralizzati għal-livell ta' mill-inqas 125 % mill-assi msemmija fl-Artikolu 129(1), il-punti (d) u (e), u dawk l-assi jiġu meqjusa fir-rekwiżit tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja tal-azzjonisti, meta l-istituzzjoni ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku iżda tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-azzjonisti tagħha jkunu istituzzjonijiet ta' kreditu u ma jeżerċitawx kontroll fuq l-istituzzjoni;

(ii) 

hija tikkonforma mal-paragrafu 2, il-punti (a), (b), (c) u (e), ta' dan l-Artikolu;

(iii) 

l-iskoperturi tagħha jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru;

(iv) 

tkun soġġetta għal xi forma ta' sorveljanza minn gvern ċentrali ta' Stat Membru fuq bażi kontinwa;

(v) 

il-mudell tan-negozju tagħha jkun limitat għall-pass-through tal-ammont li jikkorrispondi għar-rikavati miġbura permezz tal-ħruġ ta' bonds koperti lill-azzjonisti tagħha, fil-forma ta' strumenti ta' dejn;

▼M8

(e) 

meta l-istituzzjoni ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, il-partijiet ta' skoperturi li jirriżultaw mit-trasferiment ta' self promozzjonali lil istituzzjonijiet ta' kreditu oħra;

(f) 

il-partijiet garantiti ta' skoperturi li jirriżultaw minn krediti għall-esportazzjoni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

il-garanzija hija pprovduta minn fornitur eliġibbli ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità mal-Artikoli 201 u 202, inkluż minn aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni jew minn gvernijiet ċentrali;

(ii) 

ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % tapplika għall-parti garantita tal-iskopertura f'konformità mal-Artikolu 114(2) jew (4) jew l-Artikolu 116(4);

(g) 

meta l-istituzzjoni tkun membru tal-ikklerjar ta' QCCP, l-iskoperturi tan-negozju ta' dik l-istituzzjoni, dment li dawn ikunu kklerjati ma' dik il-QCCP u jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 306(1);

(h) 

meta l-istituzzjoni tkun klijent ta' livell ogħla fi ħdan struttura ta' klijenti f'diversi livelli, l-iskoperturi tan-negozju lill-membru tal-ikklerjar jew lil entità li sservi bħala klijent ta' livell ogħla għal dik l-istituzzjoni, dment li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 305(2) jiġu ssodisfati u dment li l-istituzzjoni ma tkunx obbligata tirrimborża lill-klijent tagħha għal kwalunkwe telf imġarrab fil-każ ta' inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar jew tal-QCCP;

(i) 

assi fiduċjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni minn prinċipji ta' kontabbiltà nazzjonali ġeneralment aċċettati, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 86/635/KEE;

(ii) 

jissodisfaw il-kriterji għan-nuqqas ta' rikonoxximent stipulati fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 9, kif applikati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(iii) 

jissodisfaw il-kriterji għan-nuqqas ta' konsolidazzjoni stipulati fl-IFRS 10, kif applikati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, fejn applikabbli;

(j) 

skoperturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu skoperturi għal entità tas-settur pubbliku;

(ii) 

ikunu trattati f'konformità mal-Artikolu 116(4);

(iii) 

jirriżultaw minn depożiti li l-istituzzjoni tkun legalment obbligata tittrasferixxi lill-entità tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (i) għall-fini tal-finanzjament ta' investimenti ta' interess ġenerali;

(k) 

il-kollateral eċċessiv depożitat ma' aġenti tripartitiċi li ma jkunx issellef;

(l) 

meta skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, istituzzjoni tirrikonoxxi l-marġni ta' varjazzjoni mħallas fi flus kontanti lill-kontroparti tagħha bħala assi riċevibbli, l-assi riċevibbli, dment li jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 429c(3);

(m) 

l-iskoperturi titolizzati minn titolizzazzjonijiet tradizzjonali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta' riskju sinifikanti stipulati fl-Artikolu 244(2);

(n) 

▼M11

l-iskoperturi li ġejjin għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 5 u 6:

▼M8

(i) 

muniti u karti tal-flus li jikkostitwixxu munita legali fil-ġurisdizzjoni tal-bank ċentrali;

(ii) 

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-bank ċentrali, inkluż riżervi miżmuma fil-bank ċentrali;

(o) 

fejn l-istituzzjoni tkun awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, l-iskoperturi tal-istituzzjoni dovuti għal servizzi anċillari tat-tip bankarju elenkati fil-punt (a) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament li huma direttament relatati mas-servizzi ewlenin jew anċillari elenkati fit-Taqsimiet A u B ta' dak l-Anness;

(p) 

fejn l-istituzzjoni tkun nominata f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, l-iskoperturi tal-istituzzjoni dovuti għal servizzi anċillari tat-tip bankarju elenkati fil-punt (a) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament li huma direttament relatati mas-servizzi ewlenin jew anċillari ta' depożitorju ċentrali tat-titoli, awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament, elenkati fit-Taqsimiet A u B ta' dak l-Anness;

▼M15

(q) 

l-iskoperturi li huma soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu.

▼M8

Għall-finijiet tal-punt (m) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe skopertura miżmuma fil-miżura tal-iskopertura totali.

Artikolu 429a 2.

Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, 'istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku' tfisser istituzzjoni ta' kreditu li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

tkun ġiet stabbilita mill-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali ta' Stat Membru;

(b) 

l-attività tagħha tkun limitata għall-avvanz ta' objettivi speċifiċi ta' politika pubblika finanzjarja, soċjali jew ekonomika f'konformità mal-liġijiet u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw dik l-istituzzjoni, inkluż artikoli ta' assoċjazzjoni, fuq bażi mhux kompetittiva;

(c) 

il-mira tagħha mhijiex li timmassimizza l-profitt jew is-sehem tas-suq;

(d) 

soġġett għal regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, il-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali għandhom obbligu li jipproteġu l-vijabbiltà tal-istituzzjoni ta' kreditu jew jiggarantixxu direttament jew indirettament mill-inqas 90 % tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, ir-rekwiżiti ta' finanzjament jew is-self promozzjonali mogħti tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(e) 

ma tiħux depożiti koperti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE jew fil-liġi nazzjonali li timplimenta dik id-Direttiva li jistgħu jkunu klassifikati bħala depożiti ta' perijodu fiss jew ta' tfaddil minn konsumaturi kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 35 ).

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-objettivi ta' politika pubblika jistgħu jinkludu l-għoti ta' finanzjament għal finijiet promozzjonali jew ta' żvilupp lil setturi ekonomiċi jew żoni ġeografiċi speċifiċi tal-Istat Membru rilevanti.

Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-obbligi tal-Istati Membri skont dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq talba ta' istituzzjoni, jittrattaw unità indipendenti u awtonoma mil-lat organizzattiv, strutturali u finanzjarju ta' dik l-istituzzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, dment li l-unità tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu u li tali trattament ma jaffettwax l-effettività tas-superviżjoni ta' dik l-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u l-ABE bi kwalunkwe deċiżjoni li tittratta, għall-finijiet ta' dan is-subparagrafu, unità ta' istituzzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku. L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina ta' kull sena tali deċiżjoni.

Artikolu 429a 3.
Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1 u l-punt (d) tal-paragrafu 2, 'self promozzjonali' ifisser self mogħti minn istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku jew entità stabbilita mill-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali ta' Stat Membru, direttament jew permezz ta' istituzzjoni ta' kreditu intermedja fuq bażi mhux kompetittiva u mingħajr skop ta' qligħ, biex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika tal-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali fi Stat Membru.
Artikolu 429a 4.
L-istituzzjonijiet ma għandhomx jeskludu l-iskoperturi tan-negozju msemmija fil-punti (g) u (h) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta ma tiġix issodisfata l-kondizzjoni stipulata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 429(5).
Artikolu 429a 5.

▼M11

L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu l-iskoperturi elenkati fil-punt (n) tal-paragrafu 1 fejn ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

▼M8

(a) 

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tkun iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, u ddikjarat pubblikament li jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-esklużjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' politiki monetarji;

(b) 

l-eżenzjoni tingħata għal perijodu ta' żmien limitat mhux itwal minn sen;

▼M11

(c) 

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tkun iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, id-data meta ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jitqiesu li bdew u ddikjarat pubblikament dik id-data; dik id-data għandha tiġi ffissata fit-tmiem ta’ trimestru.

▼M8

Artikolu 429a 6.

L-iskoperturi li għandhom jiġu esklużi skont il-punt (n) tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

huma denominati fl-istess munita bħad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni;

(b) 

il-maturità medja tagħhom ma taqbiżx b'mod sinifikanti l-maturità medja tad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni.

Artikolu 429a 7.

B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1), fejn istituzzjoni teskludi l-iskoperturi msemmija fil-punt (n) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tissodisfa fi kwalunkwe ħin ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja aġġustat li ġej għat-tul ta' żmien tal-esklużjoni:

image

fejn:

aLR

=

proporzjon ta' lieva finanzjarja aġġustat;

▼M11

EMLR

=

il-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni kif kalkulata f’konformità mal-Artikolu 429(4), inklużi l-iskoperturi esklużi f’konformità mal-punt (n) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fid-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu; u

CB

=

il-valur totali medju ta’ kuljum tal-iskoperturi tal-istituzzjoni għall-bank ċentrali tiegħu, ikkalkulat tul il-perijodu sħiħ ta’ żamma ta’ riservi tal-bank ċentrali immedjatament qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 5, li huma eliġibbli li jiġu esklużi skont il-punt (n) tal-paragrafu 1.

▼M8

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit