+Artikolu 429g Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu
---+Artikolu 429g 1.
---+Artikolu 429g 2.
---+Artikolu 429g 3.
|
Artikolu 429g Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 429g 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw flus kontanti relatati ma' bejgħ fi żmien regolari u ma' assi finanzjarji relatati ma' xiri fi żmien regolari li jibqgħu fil-karta tal-bilanċ sad-data tas-saldu bħala assi f'konformità mal-Artikolu 429(4), il-punt (a).
|
|
Artikolu 429g 2.
|
L-istituzzjonijiet li, f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tan-negozju għal xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom ireġġgħu lura kwalunkwe tpaċija bejn flus kontanti riċevibbli għal bejgħ fi żmien regolari li jistenna saldu u flus kontanti pagabbli għal xiri fi żmien regolari li jistenna saldu permess taħt dak il-qafas. Wara li l-istituzzjonijiet ikunu reġġgħu lura t-tpaċija ta' kontabbiltà, jistgħu jpaċu bejn dak il-flus kontanti riċevibbli u l-flus kontanti pagabbli meta kemm il-bejgħ kif ukoll ix-xiri fi żmien regolari relatati jkunu saldati fuq bażi ta' kunsenja kontra ħlas.
|
|
Artikolu 429g 3.
|
L-istituzzjonijiet li, f'konformità mal-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tas-saldu għal xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati ma' xiri fi żmien regolari. L-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati max-xiri fi żmien regolari mal-valur nominali sħiħ tal-flus kontanti riċevibbli relatati mal-bejgħ fi żmien regolari li jistenna saldu biss meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
kemm ix-xiri kif ukoll il-bejgħ fi żmien regolari jkunu saldati fuq il-bażi ta' kunsenja kontra ħlas;
(b)
l-assi finanzjarji mixtrija u mibjugħa li huma assoċjati ma' flus kontanti pagabbli u riċevibbli huma b'valur ġust mgħoddi bħala profitt u telf u inklużi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|