+Artikolu 432 Informazzjoni mhux sinifikattiva, proprjetarja jew kunfidenzjali
---+Artikolu 432 1.
---+Artikolu 432 2.
---+Artikolu 432 3.
|
Artikolu 432 Informazzjoni mhux sinifikattiva, proprjetarja jew kunfidenzjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 432 1.
|
Bl-eċċezzjoni tad-divulgazzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 435(2) u fl-Artikoli 437 u 450, l-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra divulgazzjoni waħda jew aktar minn dawk elenkati fit-Titoli II u III meta l-informazzjoni pprovduta minn dawk id-divulgazzjonijiet ma titqiesx bħala materjali. L-informazzjoni fid-divulgazzjonijiet għandha titqies bħala materjali meta l-ommissjoni jew ir-rappurtar skorrett tagħha jista' jibdel jew jinfluwenza l-valutazzjoni jew id-deċiżjoni ta' utent ta' dik l-informazzjoni li jiddependi fuqha bl-għan li jieħu deċiżjonijiet ekonomiċi. L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-materjalità b'rabta mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tat-Titoli II u III.
|
|
Artikolu 432 2.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra wkoll element wieħed jew iktar mill-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III jekk dawk l-elementi jinkludu informazzjoni li titqies bħala proprjetarja jew kunfidenzjali f'konformità ma' dan il-paragrafu, ħlief għad-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 437 u 450. L-informazzjoni għandha titqies bħala proprjetarja għall-istituzzjonijiet meta d-divulgazzjoni pubblikament tagħha timmina l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom. L-informazzjoni proprjetarja tista' tinkludi informazzjoni dwar prodotti jew sistemi li tnaqqas il-valur tal-investimenti ta' istituzzjonijiet imsemmijin fiha, jekk tiġi kondiviża mal-kompetituri. L-informazzjoni għandha titqies bħala kunfidenzjali meta l-istituzzjonijiet ikunu obbligati minn klijenti jew relazzjonijiet ta' kontropartijiet oħra li jżommu kunfidenzjali dik l-informazzjoni. L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proprjetarjetà u l-kunfidenzjalità b'rabta mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tat-Titoli II u III.
|
|
Artikolu 432 3.
|
Fil-każijiet eċċezzjonali msemmijin fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni konċernata għandha tiddikjara fid-divulgazzjonijiet tagħha l-fatt li elementi speċifiċi ta' informazzjoni mhumiex qed jiġu divulgati u r-raġuni għal dan in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' dawk l-elementi, u tippubblika informazzjoni aktar ġenerali dwar is-suġġett tar-rekwiżit ta' divulgazzjoni, ħlief meta dak is-suġġett ikun, fih innifsu, proprjetarju jew kunfidenzjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|