+Artikolu 434 Mezzi ta' divulgazzjonijiet
---+Artikolu 434 1.
---+Artikolu 434 2.
---+Artikolu 434 3.
---+Artikolu 434 4.
---+Artikolu 434 5.
---+Artikolu 434 6.

Artikolu 434 Mezzi ta' divulgazzjonijiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 434 1.
Istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni kollha meħtieġa skont it-Titoli II u III f'format elettroniku lill-EBA mhux aktar tard mid-data li fiha jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew ir-rapporti finanzjarji tagħhom għall-perjodu korrispondenti, fejn applikabbli, jew mill-aktar fis wara dik id-data. L-EBA għandha tippubblika dik l-informazzjoni, flimkien mad-data tal-preżentazzjoni tagħha, fuq is-sit web tagħha.

L-EBA għandha tiżgura li d-divulgazzjonijiet li jsiru fuq is-sit web tagħha jkun fihom informazzjoni identika għal dik li l-istituzzjonijiet ikunu ppreżentaw lill-EBA. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom id-dritt li jippreżentaw l-informazzjoni mill-ġdid lill-EBA f'konformità mal-istandards tekniċi msemmija fl-Artikolu 434a. L-EBA għandha tagħmel disponibbli fuq is-sit web tagħha d-data meta tkun saret il-preżentazzjoni mill-ġdid.

L-EBA għandha tħejji u żżomm aġġornata għodda li tispeċifika l-immappjar tal-mudelli u t-tabelli għad-divulgazzjonijiet ma' dawk dwar ir-rapportar superviżorju. L-għodda ta' mmappjar għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-EBA.

L-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jippubblikaw dokument awtonomu li jipprovdi sors faċilment aċċessibbli ta' informazzjoni prudenzjali għall-utenti ta' dik l-informazzjoni jew taqsima distintiva inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet, jew mehmuża magħhom, li jkun fihom id-divulgazzjonijiet meħtieġa u jkunu faċilment identifikabbli għal dawk l-utenti. L-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu fis-sit web tagħhom ħolqa għas-sit web tal-EBA fejn l-informazzjoni prudenzjali tiġi ppubblikata b'mod ċentralizzat.

Artikolu 434 2.
Istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jippreżentaw id-divulgazzjonijiet meħtieġa skont l-Artikoli 433a u 433c f'format elettroniku lill-EBA mhux aktar tard mid-data li fiha jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew ir-rapporti finanzjarji tagħhom għall-perjodu korrispondenti, jew mill-aktar fis wara dik id-data. Jekk ir-rapporti finanzjarji jiġu ppubblikati qabel il-preżentazzjoni tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 430 għall-istess perjodu, id-divulgazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati fl-istess data tar-rapportar superviżorju jew mill-aktar fis wara dik id-data. Jekk ikun meħtieġ li d-divulgazzjoni ssir għal perjodu meta istituzzjoni ma tħejji l-ebda rapport finanzjarju, l-istituzzjoni għandha tippreżenta lill-EBA l-informazzjoni dwar id-divulgazzjonijiet mill-aktar fis wara tmiem dak il-perjodu.
Artikolu 434 3.
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jippreżentaw lill-EBA l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 450 separatament mill-informazzjoni l-oħra meħtieġa skont it-Titoli II u III mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom għas-sena korrispondenti.
Artikolu 434 4.
L-EBA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha d-divulgazzjonijiet ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi abbażi tal-informazzjoni rrapportata minn dawk l-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 430.
Artikolu 434 5.
Is-sjieda tad-data u r-responsabbiltà għall-preċiżjoni tagħha għandhom jibqgħu f'idejn l-istituzzjonijiet li jipproduċuha. L-EBA għandha tipprovdi punt ta' aċċess uniku għad-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet u għandha tagħmel disponibbli fuq is-sit web tagħha arkivju tal-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi ddivulgata f'konformità ma' din il-Parti. Dak l-arkivju għandu jinżamm aċċessibbli għal perjodu li m'għandux ikun iqsar mill-perjodu ta' ħżin stabbilit mil-liġi nazzjonali għall-informazzjoni inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet.
Artikolu 434 6.
L-EBA għandha timmonitorja n-numru ta' żjarat fil-punt ta' aċċess uniku tagħha għad-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet u tinkludi l-istatistika relatata fir-rapporti annwali tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit