+Artikolu 451a Divulgazzjoni ta' rekwiżiti ta' likwidità
---+Artikolu 451a 1.
---+Artikolu 451a 2.
---+Artikolu 451a 3.
---+Artikolu 451a 4.
|
Artikolu 451a Divulgazzjoni ta' rekwiżiti ta' likwidità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 451a 1.
|
L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Parti Sitta għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett u l-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħhom f'konformità ma' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 451a 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1):
(a)
il-medja jew il-medji, kif applikabbli, tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12-il xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(b)
il-medja jew il-medji, kif applikabbli, ta' assi likwidi totali, wara l-applikazzjoni tal-haircuts rilevanti, inkluż fir-riżerva ta' likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12-il xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti, u deskrizzjoni tal-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità;
(c)
il-medji tal-flussi ta' ħruġ u ta' dħul tal-likwidità u l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom kif kalkulati f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12-il xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti u d-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 451a 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kif kalkulat f'konformità mat-Titolu IV tal-Parti Sitta:
(a)
iċ-ċifri tal-aħħar tat-trimestru tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kalkulati f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(b)
deskrizzjoni ġenerali tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli kalkulat f'konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta;
(c)
deskrizzjoni ġenerali tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ kalkulat f'konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta.
|
|
Artikolu 451a 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-arranġamenti, is-sistemi, il-proċessi u l-istrateġiji fis-seħħ biex jidentifikaw, ikejlu, jimmaniġġaw u jimmonitorjaw ir-riskju tal-likwidità tagħhom f'konformità mal-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|