|
+Artikolu 453 Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu |
Artikolu 453 Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kredituArtikolu 453 Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu L-istituzzjonijiet li jużaw tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-karatteristiċi prinċipali tal-politiki u l-proċessi prinċipali għan-netting li jidher fil-karta tal-bilanċ u dak li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ u indikazzjoni li turi sa fejn l-istituzzjonijiet jagħmlu użu min-netting tal-karta tal-bilanċ;
(b)
il-karatteristiċi prinċipali tal-politiki u l-proċessi għall-evalwazzjoni u l-maniġġar ta' kollateral eliġibbli;
(c)
deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta' kollateral meħuda mill-istituzzjoni biex jimmitigaw ir-riskju tal-kreditu;
(d)
għal garanziji u derivattivi tal-kreditu użati bħala protezzjoni tal-kreditu, it-tipi ewlenin ta' garantur u kontroparti tad-derivattivi tal-kreditu u l-affidabbiltà tal-kreditu tagħhom użati għall-finijiet ta' tnaqqis tar-rekwiżiti ta' kapital, eskluż dawk użati bħala parti minn strutturi ta' titolizzazzjoni sintetika;
(e)
informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq jew ta' kreditu fil-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu meħuda;
(f)
għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, il-valur tal-iskopertura totali mhux kopert mill-ebda protezzjoni ta' kreditu eliġibbli u l-valur tal-iskopertura totali kopert mill-protezzjoni ta' kreditu eliġibbli wara l-applikazzjoni ta' aġġustamenti tal-volatilità; id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat mis-self u t-titolizzazzjoni tad-dejn u tinkludi diżaggregazzjoni tal-iskoperturi inadempjenti;
(g)
il-fattur ta' konverżjoni korrispondenti u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-iskopertura u l-inċidenza ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu bl-effett ta' sostituzzjoni u mingħajru;
(h)
għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, il-valur ta' skopertura li jidher u dak li ma jidhirx fil-karti tal-bilanċ skont il-klassi ta' skopertura qabel u wara l-applikazzjoni ta' fatturi ta' konverżjoni u kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat;
(i)
għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-proporzjon bejn dak l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-valur ta' skopertura wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-konverżjoni korrispondenti u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-iskopertura; id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat għal kull klassi ta' skopertura;
(j)
għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju taħt l-Approċċ IRB, l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju qabel u wara r-rikonoxximent tal-impatt ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu ta' derivattivi tal-kreditu; meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess biex jużaw l-LGDs proprji u l-fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju, għandhom jagħmlu d-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt b'mod separat għall-klassijiet ta' skopertura soġġett għal dik il-permess. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|