+TITOLU III REKWIŻITI TA' KWALIFIKA GĦALL-UŻU TA' STRUMENTI JEW METODOLOĠIJI PARTIKOLARI
---+Artikolu 452 Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu
---+Artikolu 453 Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu
---+Artikolu 454 Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċi Avvanzati ta' Kejl għar-riskju operazzjonali
---+Artikolu 455 Użu ta' mudelli interni għar-riskju tas-suq
------+Artikolu 455 1.
------+Artikolu 455 2.
------+Artikolu 455 3.

TITOLU III REKWIŻITI TA' KWALIFIKA GĦALL-UŻU TA' STRUMENTI JEW METODOLOĠIJI PARTIKOLARI

TITOLU III REKWIŻITI TA' KWALIFIKA GĦALL-UŻU TA' STRUMENTI JEW METODOLOĠIJI PARTIKOLARI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 452 Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu

Artikolu 452

Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ IRB għar-riskju ta' kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-permess tal-awtorità kompetenti għall-approċċ jew it-transizzjoni approvata;

(b) 

għal kull klassi ta' skopertura msemmija fl-Artikolu 147, il-perċentwal tal-valur tal-iskopertura totali ta' kull klassi ta' skopertura soġġett għall-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew għall-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif ukoll il-parti ta' kull klassi ta' skopertura soġġett għal pjan ta' implimentazzjoni; meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess biex jużaw LGDs proprji u fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju, għandhom jiddivulgaw b'mod separat il-perċentwal tal-valur tal-iskopertura totali ta' kull klassi ta' skopertura soġġett għal dak il-permess;

(c) 

il-mekkaniżmi ta' kontroll għas-sistemi ta' klassifikazzjoni fl-istadji differenti ta' żvilupp, kontrolli u bidliet ta' mudellar, li għandhom jinkludu informazzjoni dwar:

(i) 

ir-relazzjoni bejn il-funzjoni ta' maniġġar tar-riskju u l-funzjoni ta' awditu intern;

(ii) 

l-analiżi tas-sistemi ta' klassifikazzjoni;

(iii) 

il-proċedura biex tiżgura l-indipendenza tal-funzjoni inkarigata mill-analiżi tal-mudelli mill-funzjonijiet responsabbli għall-iżvilupp tal-mudelli;

(iv) 

il-proċedura biex tiżgura r-responsabbiltà tal-funzjonijiet inkarigati biex jiżviluppaw u janalizzaw il-mudelli;

(d) 

ir-rwol tal-funzjonijiet involuti fl-iżvilupp, l-approvazzjoni u l-bidliet sussegwenti tal-mudelli ta' riskju tal-kreditu;

(e) 

il-portata u l-kontenut ewlieni tar-rappurtar relatat mal-mudelli ta' riskju tal-kreditu;

(f) 

deskrizzjoni tal-proċess ta' klassifikazzjoni interna skont il-klassi ta' skopertura, inkluż in-numru ta' mudelli ewlenin użati fir-rigward ta' kull portafoll u diskussjoni qasira tad-differenzi ewlenin bejn il-mudelli fl-istess portafoll, li tkopri:

(i) 

id-definizzjonijiet, il-metodi u d-data għall-istima u l-validazzjoni ta' PD, li għandhom jinkludu informazzjoni dwar kif jiġu stmati PDs għal portafolli b'riskju baxx ta' inadempjenza, jekk ikunx hemm livelli minimi regolatorji u l-ixprunaturi għal differenzi osservati bejn PD u rati ta' inadempjenza reali mill-inqas għall-aħħar tliet perijodi;

(ii) 

fejn applikabbli, id-definizzjonijiet, il-metodi u d-data għall-istima u l-validazzjoni ta' LGD, bħall-metodi biex jikkalkulaw LGD ta' tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija, kif jiġu stmati LGDs għal portafoll b'riskju baxx ta' inadempjenza u l-ħin li jgħaddi bejn l-avveniment ta' inadempjenza u l-għeluq tal-iskopertura;

(iii) 

fejn applikabbli, id-definizzjonijiet, il-metodi u d-data għall-istima u l-validazzjoni ta' fatturi ta' konverżjoni, inkluż suppożizzjonijiet użati fid-derivazzjoni ta' dawk il-varjabbli;

(g) 

kif applikabbli, l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull klassi ta' skopertura msemmija fl-Artikolu 147:

(i) 

l-iskopertura gross tagħhom li tidher fil-karta tal-bilanċ;

(ii) 

il-valuri ta' skopertura li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom qabel il-fattur ta' konverżjoni rilevanti;

(iii) 

l-iskopertura tagħhom wara l-applikazzjoni tal-fattur ta' konverżjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu rilevanti;

(iv) 

kwalunkwe mudell, parametru jew input rilevanti għall-fehim tal-ponderazzjoni tar-riskju u l-ammonti ta' riskju ta' skopertura li jirriżultaw divulgati f'numru suffiċjenti ta' gradi ta' obbligant (inkluż inadempjenza) biex tippermetti differenzjazzjoni sinifikanti ta' riskju tal-kreditu;

(v) 

b'mod separat għal dawk il-klassijiet ta' skopertura li fir-rigward tagħhom l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess li jużaw LGDs proprji u fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu ta' ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju, u għal skoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet ma jużawx tali stimi, il-valuri msemmijin fil-punt (i), sa (iv) soġġett għal dak il-permess;

(h) 

l-istimi tal-istituzzjonijiet ta' PDs kontra r-rata ta' inadempjenza attwali għal kull klassi ta' skopertura tul perijodu itwal, b'divulgazzjoni separata tal-medda ta' PD, l-ekwivalenti ta' klassifikazzjoni esterna, il-medja ponderata u dik aritmetika ta' PD, in-numru ta' obbliganti fi tmiem is-sena preċedenti u tas-sena taħt analiżi, in-numru ta' obbliganti inadempjenti inkluż l-obbliganti inadempjenti ġodda, u r-rata storika, medja, annwali ta' inadempjenza.

Għall-finijiet tal-punt (b) ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-valur ta' skopertura kif definit fl-Artikolu 166.

Artikolu 453 Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

Artikolu 453

Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

L-istituzzjonijiet li jużaw tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-karatteristiċi prinċipali tal-politiki u l-proċessi prinċipali għan-netting li jidher fil-karta tal-bilanċ u dak li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ u indikazzjoni li turi sa fejn l-istituzzjonijiet jagħmlu użu min-netting tal-karta tal-bilanċ;

(b) 

il-karatteristiċi prinċipali tal-politiki u l-proċessi għall-evalwazzjoni u l-maniġġar ta' kollateral eliġibbli;

(c) 

deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta' kollateral meħuda mill-istituzzjoni biex jimmitigaw ir-riskju tal-kreditu;

(d) 

għal garanziji u derivattivi tal-kreditu użati bħala protezzjoni tal-kreditu, it-tipi ewlenin ta' garantur u kontroparti tad-derivattivi tal-kreditu u l-affidabbiltà tal-kreditu tagħhom użati għall-finijiet ta' tnaqqis tar-rekwiżiti ta' kapital, eskluż dawk użati bħala parti minn strutturi ta' titolizzazzjoni sintetika;

(e) 

informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq jew ta' kreditu fil-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu meħuda;

(f) 

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, il-valur tal-iskopertura totali mhux kopert mill-ebda protezzjoni ta' kreditu eliġibbli u l-valur tal-iskopertura totali kopert mill-protezzjoni ta' kreditu eliġibbli wara l-applikazzjoni ta' aġġustamenti tal-volatilità; id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat mis-self u t-titolizzazzjoni tad-dejn u tinkludi diżaggregazzjoni tal-iskoperturi inadempjenti;

(g) 

il-fattur ta' konverżjoni korrispondenti u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-iskopertura u l-inċidenza ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu bl-effett ta' sostituzzjoni u mingħajru;

(h) 

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, il-valur ta' skopertura li jidher u dak li ma jidhirx fil-karti tal-bilanċ skont il-klassi ta' skopertura qabel u wara l-applikazzjoni ta' fatturi ta' konverżjoni u kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat;

(i) 

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-proporzjon bejn dak l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-valur ta' skopertura wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-konverżjoni korrispondenti u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-iskopertura; id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat għal kull klassi ta' skopertura;

(j) 

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju taħt l-Approċċ IRB, l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju qabel u wara r-rikonoxximent tal-impatt ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu ta' derivattivi tal-kreditu; meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess biex jużaw l-LGDs proprji u l-fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju, għandhom jagħmlu d-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt b'mod separat għall-klassijiet ta' skopertura soġġett għal dik il-permess.

Artikolu 454 Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċi Avvanzati ta' Kejl għar-riskju operazzjonali

Artikolu 454

Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċi Avvanzati ta' Kejl għar-riskju operazzjonali

L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċi Avvanzati ta' Kejl stipulati fl-Artikoli 321 sa 324 għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju operazzjonali għandhom jiddivulgaw deskrizzjoni tal-użu tagħhom ta' assigurazzjoni u ta' mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju għall-fini ta' mitigazzjoni ta' dak ir-riskju.

Artikolu 455 Użu ta' mudelli interni għar-riskju tas-suq -

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit