+Artikolu 472 Elementi mhux imnaqqsa mill-Ekwità Komuni ta' Grad 1
---+Artikolu 472 1.
---+Artikolu 472 2.
---+Artikolu 472 3.
---+Artikolu 472 4.
---+Artikolu 472 5.
---+Artikolu 472 6.
---+Artikolu 472 7.
---+Artikolu 472 8.
---+Artikolu 472 9.
---+Artikolu 472 10.
---+Artikolu 472 11.

Artikolu 472 Elementi mhux imnaqqsa mill-Ekwità Komuni ta' Grad 1

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 472 1.
B'deroga mill-punt (c) tal-Artikolu 33(1) u mill-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 36(1), matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan l-Artikolu għall-ammonti reżidwi ta’ elementi msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 468(4) u fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 469(1), kif applikabbli.
Artikolu 472 2.
L-ammont reżidwu tal-aġġustamenti ta' valutazzjoni għad-derivati li jirriżultaw mir-riskju tal-kreditu proprju ta’ istituzzjoni ma għandux jitnaqqas.
Artikolu 472 3.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu ta’ telf tas-sena finanzjarja attwali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 36(1):

(a) 

telf li huwa materjali jiġi mnaqqas mill-elementi tal-Grad 1;

(b) 

telf li mhuwiex materjali ma jiġix imnaqqas.

Artikolu 472 4.
L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-ammont reżidwu tal-assi intanġibbli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 36(1)(b) mill-elementi tal-Grad 1.
Artikolu 472 5.
L-ammont reżidwu tal-assi tat-taxxa differita msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1) ma għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għal piż tar-riskju ta’ 0 %.
Artikolu 472 6.
L-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fl-Artikolu 36(1)(d) għandu jitnaqqas nofs mill-elementi tal-Grad 1 u nofs mill-elementi tal-Grad 2.
Artikolu 472 7.
L-ammont reżidwu tal-assi ta’ fond definit ta’ pensjoni ta’ benefiċċju msemmi fl-Artikolu 36(1)(e) ma għandux jitnaqqas mill-ebda element tal-fondi proprji u għandu jiġi inkluż fl-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 sakemm dak l-ammont kien ikun rikonoxxut bħala fondi proprji oriġinali skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punti (a) sa (ca) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE.
Artikolu 472 8.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu ta’ holdings fl-istrumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 imsemmija fl-Artikolu 36(1)(f):

(a) 

l-ammont ta’ holdings diretti jitnaqqas mill-elementi ta' Grad 1;

(b) 

l-ammont ta’ holdings indiretti u sintetiċi, inklużi l-istrumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li l-istituzzjoni tista’ tkun obbligata tixtri minħabba obbligu kuntrattwali kontinġenti jew eżistenti, ma jitnaqqasx u huwa soġġett għal piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

Artikolu 472 9.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu ta’ holdings tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entità tas-settur finanzjarju fejn l-istituzzjoni għandha holdingst transversali reċiproċi ma’ dik l-entità msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 36(1):

(a) 

fejn istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifkanti f’dik l-entità tas-settur finanzjarju, l-ammont tal-holding tagħha fl-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (h) tal-Artikolu 36(1);

(b) 

fejn istituzzjoni għandha investiment sinifikanti f’dik l-entità tas-settur finanzjarju, l-ammont ta’ holdings tagħha fl-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (i) tal-Artikolu 36(1).

Artikolu 472 10.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammonti reżidwi tal-elementi msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1):

(a) 

l-ammonti meħtieġa jitnaqqsu li jirrelataw mal-holdings diretti jitnaqqsu nofs mill-elementi ta' Grad 1 u nofs mill-elementi ta' Grad 2;

(b) 

l-ammonti li jirrelataw mal-holdings indiretti u sintetiċi mhumiex imnaqqsa u huma soġġetti għal piżjiet tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

Artikolu 472 11.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammonti reżidwi tal-elementi msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1):

(a) 

l-ammonti meħtieġa jitnaqqsu li jirrelataw mal-holdings diretti jitnaqqsu nofs mill-elementi ta' Grad 1 u nofs mill-elementi ta' Grad 2;

(b) 

l-ammonti li jirrelataw mal-holdings indiretti u sintetiċi ma jitnaqqsux u huma soġġetti għal piżijiet tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit