|
+Artikolu 495b 4. |
Artikolu 495b 4.L-EBA għandha tħejji rapport, fejn tanalizza dan li ġej:
(a)
l-evoluzzjoni tax-xejriet u l-kundizzjonijiet fis-swieq għall-finanzjament ta' oġġetti fl-Unjoni;
(b)
il-livell ta' riskju effettiv tal-iskoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti matul ċiklu ekonomiku sħiħ;
(c)
l-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tat-trattament stabbilit fl-Artikolu 122a(3), il-punt (a), għal skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti, mingħajr ma jitqies l-Artikolu 465(1);
(d)
l-adegwatezza tad-definizzjoni tas-subklassi ta' “finanzjament ta' oġġetti ta' kwalità għolja” u li dik is-subklassi ta' skoperturi tiġi assenjata trattament prudenzjali differenti. L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2030. Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|