+Artikolu 497 1.

Artikolu 497 1.

Meta CCP ta' pajjiż terz tapplika għal rikonoxximent f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw dik is-CCP bħala QCCP mid-data li fiha ppreżentat l-applikazzjoni tagħha għal rikonoxximent lill-ESMA u sa waħda mid-dati li ġejjin:

(a) 

meta l-Kummissjoni tkun diġà adottat l-att ta' implimentazzjoni imsemmi fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-pajjiż terz li fih is-CCP tkun stabbilita u dak l-att ta' implimentazzjoni jkun daħal fis-seħħ, sentejn wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;

(b) 

meta l-Kummissjoni ma tkunx għadha adottat l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-pajjiż terz li fih is-CCP tkun stabbilita jew meta dak l-att ta' implimentazzjoni jkun għadu ma daħalx fis-seħħ, l-ewwel data li sseħħ mid-dati li ġejjin:

(i) 

sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni;

(ii) 

għal CCPs li jippreżentaw l-applikazzjoni wara s-27 ta' Ġunju 2019, sentejn wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;

(iii) 

għal dawk is-CCPs li jippreżentaw l-applikazzjoni qabel is-27 ta' Ġunju 2019, it-28 ta' Ġunju 2021.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit