+Artikolu 497 Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal CCPs
---+Artikolu 497 1.
---+Artikolu 497 2.
---+Artikolu 497 3.
|
Artikolu 497 Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal CCPs
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 497 1.
|
Meta CCP ta' pajjiż terz tapplika għal rikonoxximent f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw dik is-CCP bħala QCCP mid-data li fiha ppreżentat l-applikazzjoni tagħha għal rikonoxximent lill-ESMA u sa waħda mid-dati li ġejjin:
(a)
meta l-Kummissjoni tkun diġà adottat l-att ta' implimentazzjoni imsemmi fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-pajjiż terz li fih is-CCP tkun stabbilita u dak l-att ta' implimentazzjoni jkun daħal fis-seħħ, sentejn wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;
(b)
meta l-Kummissjoni ma tkunx għadha adottat l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-pajjiż terz li fih is-CCP tkun stabbilita jew meta dak l-att ta' implimentazzjoni jkun għadu ma daħalx fis-seħħ, l-ewwel data li sseħħ mid-dati li ġejjin:
(i)
sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni;
(ii)
għal CCPs li jippreżentaw l-applikazzjoni wara s-27 ta' Ġunju 2019, sentejn wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;
(iii)
għal dawk is-CCPs li jippreżentaw l-applikazzjoni qabel is-27 ta' Ġunju 2019, it-28 ta' Ġunju 2021.
|
|
Artikolu 497 2.
|
Sal-iskadenza tad-data ta' skadenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta CCP imsemmija f'dak il-paragrafu ma jkollhiex fond ta' inadempjenza u ma jkollhiex fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu riċevut mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, l-istituzzjoni għandha tissostitwixxi l-formula għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji fl-Artikolu 308(2) ma' din li ġejja:
fejn:
|
|
=
|
ir-rekwiżit ta' fondi proprji;
|
|
KCCP
|
=
|
il-kapital ipotetiku tal-QCCP ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-QCCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
DFCCP
|
=
|
ir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati tas-CCP ikkomunikati lill-istituzzjoni mis-CCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
i
|
=
|
l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar;
|
|
IMi
|
=
|
il-marġni inizjali kollokat mas-CCP mill-membru ta' kklerjar i; u
|
|
IM
|
=
|
l-ammont totali ta' marġni inizjali komunikat lill-istituzzjoni mis-CCP f'konformità mal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|
|
|
Artikolu 497 3.
|
F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jiġi evitat tfixkil għas-swieq finanzjarji internazzjonali, il-Kummissjoni tista' tadotta, b'atti ta' implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni biex testendi darba, bi 12-il xahar, id-dispożizzjonijiet transizzjonali stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|