Sal-iskadenza tad-data ta' skadenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta CCP imsemmija f'dak il-paragrafu ma jkollhiex fond ta' inadempjenza u ma jkollhiex fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu riċevut mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, l-istituzzjoni għandha tissostitwixxi l-formula għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji fl-Artikolu 308(2) ma' din li ġejja:
fejn:
|
|
=
|
ir-rekwiżit ta' fondi proprji;
|
|
KCCP
|
=
|
il-kapital ipotetiku tal-QCCP ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-QCCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
DFCCP
|
=
|
ir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati tas-CCP ikkomunikati lill-istituzzjoni mis-CCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
i
|
=
|
l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar;
|
|
IMi
|
=
|
il-marġni inizjali kollokat mas-CCP mill-membru ta' kklerjar i; u
|
|
IM
|
=
|
l-ammont totali ta' marġni inizjali komunikat lill-istituzzjoni mis-CCP f'konformità mal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|