+Artikolu 500d Kalkolu temporanju tal-valur tal-iskopertura ta’ xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19
---+Artikolu 500d 1.
---+Artikolu 500d 2.
---+Artikolu 500d 3.
---+Artikolu 500d 4.
---+Artikolu 500d 5.
|
Artikolu 500d Kalkolu temporanju tal-valur tal-iskopertura ta’ xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 500d 1.
|
B’deroga mill-Artikolu 429(4), sas-27 ta’ Ġunju 2021, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta’ xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 500d 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw flus kontanti relatati ma’ bejgħ imħallas fi żmien regolari u titoli relatati ma’ xiri mħallas fi żmien regolari li jibqgħu fil-karta tal-bilanċ sad-data ta’ saldu bħala assi f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 429(4).
|
|
Artikolu 500d 3.
|
L-istituzzjonijiet li, f’konformità mal-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tan-negozju għal xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom ireġġgħu lura kwalunkwe tpaċija bejn flus kontanti riċevibbli għal bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkun qed jistenna saldu u flus kontanti pagabbli għal xiri mħallas fi żmien regolari li jkun qed jistenna saldu permess taħt dak il-qafas ta’ kontabbiltà. Wara li l-istituzzjonijiet ikunu reġġgħu lura t-tpaċija ta’ kontabbiltà, jistgħu jpaċu bejn dak il-flus kontanti riċevibbli u l-flus kontanti pagabbli fejn kemm il-bejgħ kif ukoll ix-xiri mħallas fi żmien regolari relatati jkunu ġew saldati fuq bażi ta’ kunsenja kontra ħlas.
|
|
Artikolu 500d 4.
|
L-istituzzjonijiet li, f’konformità mal-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tas-saldu għal xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati ma’ xiri mħallas fi żmien regolari.
L-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati max-xiri mħallas fi żmien regolari mal-valur nominali sħiħ tal-flus kontanti riċevibbli relatati mal-bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkun qed jistenna saldu biss meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
kemm ix-xiri kif ukoll il-bejgħ imħallas fi żmien regolari jkunu ġew saldati fuq il-bażi ta’ kunsenja kontra ħlas;
(b)
l-assi finanzjarji mixtrija u mibjugħa li huma assoċjati ma’ flus kontanti pagabbli u riċevibbli jitkejlu b’valur ġust permezz tal-profitt jew it-telf u jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 500d 5.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “xiri jew bejgħ imħallas fi żmien regolari” tfisser ix-xiri jew il-bejgħ ta’ titolu taħt kuntratt li għalihom it-termini jeħtieġu l-kunsenja tat-titolu fil-perijodu stabbilit ġeneralment mil-liġi jew konvenzjoni fis-suq ikkonċernat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|