+Artikolu 501c Trattament prudenzjali tal-iskoperturi għal fatturi ambjentali jew soċjali
---+Artikolu 501c 1.
---+Artikolu 501c 2.

Artikolu 501c Trattament prudenzjali tal-iskoperturi għal fatturi ambjentali jew soċjali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 501c 1.

L-EBA, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha, abbażi tad-data disponibbli, tivvaluta jekk għandux jiġi aġġustat it-trattament prudenzjali ddedikat tal-iskoperturi relatati ma' assi jew obbligazzjonijiet, soġġett għall-impatt ta’ fatturi ambjentali jew soċjali. B'mod partikolari, l-EBA għandha tivvaluta:

(a) 

id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' data ESG affidabbli u konsistenti għal kull klassi tal-iskoperturi ddeterminata f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II;

(b) 

f'konsultazzjoni mal-EIOPA, il-fattibbiltà li tiġi introdotta metodoloġija standardizzata biex jiġu identifikati u kkwalifikati l-iskoperturi, għal kull klassi tal-iskoperturi ddeterminata f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, abbażi ta' sett komuni ta' prinċipji għall-klassifikazzjoni tar-riskju tal-ESG, bl-użu tal-informazzjoni dwar ir-riskju ta' tranżizzjoni u l-indikaturi tar-riskju fiżiku magħmula disponibbli mill-oqfsa ta' rapportar tad-divulgazzjoni dwar is-sostenibbiltà adottati fl-Unjoni u fejn ikunu disponibbli internazzjonalment, il-gwida u l-konklużjonijiet li ġejjin mill-ittestjar superviżorju tal-istress jew l-analiżi tax-xenarji tar-riskji finanzjarji relatati mal-klima mwettqa mill-EBA jew mill-awtoritajiet kompetenti u jekk jiġu riflessi b'mod xieraq ir-riskji tal-ESG, il-punteġġ rilevanti tal-ESG tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta' kreditu minn ECAI nominata;

(c) 

il-livell ta' riskju effettiv ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet soġġetti għall-impatt ta' fatturi ambjentali jew soċjali meta mqabbel mal-livell ta' riskju ta' skoperturi oħra u r-reviżjonijiet addizzjonali u aktar komprensivi possibbli għall-qafas li għandhom jitqiesu, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi miftiehma fil-livell internazzjonali mill-BCBS;

(d) 

l-effetti potenzjali fuq terminu qasir, medju u twil ta' trattament prudenzjali aġġustat ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet soġġetti għall-impatt ta' fatturi ambjentali jew soċjali fuq l-istabbiltà finanzjarja u s-self bankarju fl-Unjoni;

(e) 

it-titjib immirat li jista' jitqies fil-qafas prudenzjali attwali.

Artikolu 501c 2.

L-EBA għandha tippreżenta rapporti suċċessivi dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sad-dati li ġejjin:

(a) 

sad-9 ta’ Lulju 2024 għall-valutazzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-punt (e);

(b) 

sal-31 ta' Diċembru 2024 għall-valutazzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-punti (a) u (b);

(c) 

sal-31 ta' Diċembru 2025 għall-valutazzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-punti (c) u (d).

Abbażi ta' dawk ir-rapporti tal-EBA, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta’ Diċembru 2026.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit