+Artikolu 501d Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-kriptoassi
---+Artikolu 501d 1.
---+Artikolu 501d 2.
---+Artikolu 501d 3.
---+Artikolu 501d 4.
---+Artikolu 501d 5.
---+Artikolu 501d 6.
|
Artikolu 501d Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-kriptoassi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 501d 1.
|
Sat-30 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi introdott trattament prudenzjali ddedikat għall-iskoperturi tal-kriptoassi, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali u r-Regolament (UE) 2023/1114. Dik il-proposta leġiżlattiva għandha tinkludi dan li ġej:
(a)
kriterji għall-assenjazzjoni tal-kriptoassi għal kategoriji differenti tal-kriptoassi abbażi tal-karatteristiċi tar-riskju tagħhom u l-konformità tagħhom ma' kundizzjonijiet speċifiċi;
(b)
rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji għar-riskji kollha li jinvolvu kriptoassi differenti;
(c)
limitu aggregat għall-iskoperturi għal tipi speċifiċi ta' kriptoassi;
(d)
rekwiżiti speċifiċi tal-proporzjon tal-lieva għall-iskoperturi tal-kriptoassi;
(e)
setgħat superviżorji speċifiċi fir-rigward tal-assenjazzjoni, il-monitoraġġ u l-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi tal-kriptoassi;
(f)
rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità għall-iskoperturi tal-kriptoassi;
(g)
rekwiżiti ta' divulgazzjoni u rapportar.
|
|
Artikolu 501d 2.
|
Sad-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għall-iskoperturi tal-kriptoassi kif ġej:
(a)
l-iskoperturi tal-kriptoassi għal assi tradizzjonali tokenizzati għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-assi tradizzjonali li jirrappreżentaw;
(b)
l-iskoperturi għal tokens irreferenzjati ma' assi li l-emittenti tagħhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2023/1114 u li jirreferu għal assi tradizzjonali wieħed jew aktar għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 250 %;
(c)
l-iskoperturi tal-kriptoassi li mhumiex dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 1 250 %.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-iskoperturi tal-kriptoassi għal assi tradizzjonali tokenizzati li l-valuri tagħhom jiddependu minn kwalunkwe kriptoassi ieħor għandhom jiġu assenjati għall-punt (c).
|
|
Artikolu 501d 3.
|
Il-valur tal-iskopertura totali ta' istituzzjoni għall-kriptoassi għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), m'għandux jaqbeż 1 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 501d 4.
|
Istituzzjoni li taqbeż il-limitu stabbilit fil-paragrafu 3 għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti dwar il-ksur u għandha turi ritorn f'waqtu għall-konformità għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 501d 5.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-elementi tekniċi meħtieġa għall-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità mal-approċċi stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punti (b) u (c), inkluż kif jiġi kkalkulat il-valur tal-iskoperturi u kif jiġu aggregati l-iskoperturi qosra u twal għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3. Meta tiżviluppa dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-EBA għandha tqis l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS kif ukoll l-awtorizzazzjonijiet eżistenti fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2023/1114. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 501d 6.
|
Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għall-iskoperturi tal-kriptoassi, l-istituzzjonijiet m'għandhomx japplikaw it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (b).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|