+Artikolu 506e Rikonoxximent ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata massima jew minima
---+Artikolu 506e 1.
---+Artikolu 506e 2.
|
Artikolu 506e Rikonoxximent ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata massima jew minima
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 506e 1.
|
Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar dan li ġej:
(a)
il-kundizzjonijiet li l-garanziji li jkollhom limiti massimi jew minimi ddeterminati fil-livell ta' portafoll ta' skoperturi (“garanziji tal-portafoll”) iridu jissodisfaw biex jikkwalifikaw bħala titolizzazzjoni;
(b)
it-trattament regolatorju applikabbli skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4, għall-garanziji tal-portafoll fejn dawk ma jikkwalifikawx bħala titolizzazzjoni;
(c)
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 5, ta' dan ir-Regolament u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 għall-garanziji tal-portafoll fejn dawk il-garanziji jikkwalifikaw bħala titolizzazzjoni;
(d)
l-applikazzjoni tal-Artikolu 234 għal garanziji uniċi li jwasslu għal segmentazzjoni.
|
|
Artikolu 506e 2.
|
Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tivvaluta b'mod partikolari dan li ġej:
(a)
fir-rigward tal-paragrafu 1, il-punt (a), il-kundizzjonijiet li skonthom il-garanziji tal-portafoll jagħtu lok għal trasferiment segmentat tar-riskju;
(b)
fir-rigward tal-paragrafu 1, il-punt (b):
(i)
il-kriterji ta' eliġibbiltà rilevanti tal-garanziji tal-portafoll skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4;
(ii)
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4;
(c)
fir-rigward tal-paragrafu 1, il-punt (d), l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 u fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 5, ta' dan ir-Regolament.
Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2027.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|