+4. Impedimenti u relazzjoni għar-rekwiżiti prudenzjali u r-rekwiżiti ta’ separazzjoni strutturali …
|
4. Impedimenti u relazzjoni għar-rekwiżiti prudenzjali u r-rekwiżiti ta’ separazzjoni strutturali …
Impedimenti u relazzjoni għar-rekwiżiti prudenzjali u r-rekwiżiti ta’ separazzjoni strutturali - (a) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li japplikaw miżuri biex jitneħħew jew jitnaqqsu impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà li jirriżultaw mill-karatteristiċi tal-istituzzjoni jew mill-interazzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi ma’ ċirkustanzi esterni, inklużi impedimenti li jinqalgħu f’pajjiżi terzi. L-impedimenti għandhom jiġu vvalutati rigward l-impatt tagħhom fuq il-fattibbiltà u l-kredibbiltà kif speċifikat fl-istandard tekniku regolatorju dwar il-kontenut ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ strateġija ta’ riżoluzzjoni (preferuta jew varjanti) ċerta, inklużi impedimenti prevedibbli għar-restawr tal-vijabbiltà fit-tul ta’ entità li tkompli l-funzjonijiet kritiċi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.
- (b) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw il-miżuri unikament biex jindirizzaw impedimenti għar-riżolvibbiltà mingħajr ma jkun meħtieġ ebda ksur eżistenti jew ksur probabbli tar-rekwiżiti regolatorji prudenzjali mill-istituzzjoni.
- (c) Meta l-istandards jew rekwiżiti prudenzjali eżistenti, b’mod partikolari skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw il-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjoni jew grupp individwali, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jieħdu miżuri xierqa biex jimponu standards u rekwiżiti addizzjonali fuq l-istituzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti. Meta tkun meħtieġa separazzjoni strutturali ta’ ċerti operazzjonijiet taħt il-liġi applikabbli jew din tista’ tkun meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti, u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jivvalutaw li din is-separazzjoni ma tkunx biżżejjed biex tiżgura l-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jieħdu miżuri addizzjonali xierqa.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|