+Titolu II - Speċifikazzjonijiet li japplikaw għall-miżuri kollha
---+4. Impedimenti u relazzjoni għar-rekwiżiti prudenzjali u r-rekwiżiti ta’ separazzjoni strutturali …
---+5. Proporzjonalità Kull miżura elenkata fl-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE tista’ tiġi …
---+6. Strateġiji ta’ riżoluzzjoni varjanti Il-miżuri deskritti fl-Artikolu 17(5) tad-Direttiva …

Titolu II - Speċifikazzjonijiet li japplikaw għall-miżuri kollha

Titolu II - Speċifikazzjonijiet li japplikaw għall-miżuri kollha

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
4. Impedimenti u relazzjoni għar-rekwiżiti prudenzjali u r-rekwiżiti ta’ separazzjoni strutturali …

Impedimenti u relazzjoni għar-rekwiżiti prudenzjali u r-rekwiżiti ta’ separazzjoni strutturali

  • (a) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li japplikaw miżuri biex jitneħħew jew jitnaqqsu impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà li jirriżultaw mill-karatteristiċi tal-istituzzjoni jew mill-interazzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi ma’ ċirkustanzi esterni, inklużi impedimenti li jinqalgħu f’pajjiżi terzi. L-impedimenti għandhom jiġu vvalutati rigward l-impatt tagħhom fuq il-fattibbiltà u l-kredibbiltà kif speċifikat fl-istandard tekniku regolatorju dwar il-kontenut ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ strateġija ta’ riżoluzzjoni (preferuta jew varjanti) ċerta, inklużi impedimenti prevedibbli għar-restawr tal-vijabbiltà fit-tul ta’ entità li tkompli l-funzjonijiet kritiċi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.
  • (b) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu japplikaw il-miżuri unikament biex jindirizzaw impedimenti għar-riżolvibbiltà mingħajr ma jkun meħtieġ ebda ksur eżistenti jew ksur probabbli tar-rekwiżiti regolatorji prudenzjali mill-istituzzjoni.
  • (c) Meta l-istandards jew rekwiżiti prudenzjali eżistenti, b’mod partikolari skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw il-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjoni jew grupp individwali, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jieħdu miżuri xierqa biex jimponu standards u rekwiżiti addizzjonali fuq l-istituzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti. Meta tkun meħtieġa separazzjoni strutturali ta’ ċerti operazzjonijiet taħt il-liġi applikabbli jew din tista’ tkun meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti, u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jivvalutaw li din is-separazzjoni ma tkunx biżżejjed biex tiżgura l-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jieħdu miżuri addizzjonali xierqa.
5. Proporzjonalità Kull miżura elenkata fl-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE tista’ tiġi …

Proporzjonalità

Kull miżura elenkata fl-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE tista’ tiġi applikata jekk tkun xierqa, neċessarja u proporzjonali biex tnaqqas jew tneħħi l-impedimenti għall-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ riżoluzzjoni ċerta, inklużi impedimenti għal-likwidazzjoni, fejn istituzzjoni tkun probabbli li tiġi likwidata fi proċeduri normali ta’ insolvenza fil-każ tal-falliment tagħha.

  • (a) Miżura tkun adattata biex tilħaq l-għan maħsub jekk tkun kapaċi tnaqqas jew tneħħi materjalment l-impediment rilevanti fiż-żmien dovut.
  • (b) Miżura tkun neċessarja biex jintlaħaq l-għan maħsub jekk tkun meħtieġa biex jitneħħa jew jitnaqqas materjalment impediment sostantiv għall-implimentazzjoni fattibbli jew kredibbli tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni rilevanti, u jekk ma jkun hemm ebda miżura inqas intrużiva li kapaċi tilħaq l-istess objettiv sal-istess punt. L-intrużività tal-miżura għandha tiġi vvalutata skont l-ispejjeż u l-effetti negattivi fuq l-istituzzjoni u l-proprjetarji tagħha u d-dritt tagħhom li jwettqu negozju, u fuq is-solidità u l-istabbiltà tan-negozju kontinwu tal-istituzzjoni. Skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, appoġġ pubbliku straordinarju m’għandux jiġi preżunt li jkun miżura inqas intrużiva.
  • (c) Miżura hija proporzjonali għat-theddida li dawk l-impedimenti joħolqu għall-istabbiltà finanzjarja fil-każ tal-falliment tal-istituzzjoni, jekk il-benefiċċji kumplessivi biex likwidazzjoni fi proċeduri ta’ insolvenza normali jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ssir fattibbli u kredibbli u biex jintlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, jegħlbu l-ispejjeż globali u l-effetti negattivi tat-tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw ukoll miżuri inqas intrużivi meta jevalwaw il-proporzjonalità.
6. Strateġiji ta’ riżoluzzjoni varjanti Il-miżuri deskritti fl-Artikolu 17(5) tad-Direttiva …

Strateġiji ta’ riżoluzzjoni varjanti

Il-miżuri deskritti fl-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE minn awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jimmiraw li jneħħu l-impedimenti għar-riżoluzzjoni fir-rigward tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni preferuta l-ewwel. Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqis strateġiji alternattivi jew ta’ riżerva f’sitwazzjonijiet speċifiċi fil-każ li l-għażla preferuta ma tilħaqx l-objettiv tal-protezzjoni tal-istabbiltà finanzjarja billi żżomm funzjonijiet kritiċi jew ma tistax tkun mistennija li tiġi implimentata b’suċċess, b’mod partikolari fir-rigward ta’ gruppi transkonfinali, l-impedimenti għall-implimentazzjoni ta’ għażliet alternattivi għandhom jiġu kkunsidrati u mneħħija fejn meħtieġ. Madankollu, il-miżuri meħtieġa biex jitneħħew l-impedimenti għal varjanti alternattivi għandhom ikunu implimentati biss jekk ma jfixklux l-implimentazzjoni fattibbli u kredibbli tal-għażla ppreferuta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/