+5. Proporzjonalità Kull miżura elenkata fl-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE tista’ tiġi …
|
5. Proporzjonalità Kull miżura elenkata fl-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE tista’ tiġi …
Proporzjonalità Kull miżura elenkata fl-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE tista’ tiġi applikata jekk tkun xierqa, neċessarja u proporzjonali biex tnaqqas jew tneħħi l-impedimenti għall-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ riżoluzzjoni ċerta, inklużi impedimenti għal-likwidazzjoni, fejn istituzzjoni tkun probabbli li tiġi likwidata fi proċeduri normali ta’ insolvenza fil-każ tal-falliment tagħha. - (a) Miżura tkun adattata biex tilħaq l-għan maħsub jekk tkun kapaċi tnaqqas jew tneħħi materjalment l-impediment rilevanti fiż-żmien dovut.
- (b) Miżura tkun neċessarja biex jintlaħaq l-għan maħsub jekk tkun meħtieġa biex jitneħħa jew jitnaqqas materjalment impediment sostantiv għall-implimentazzjoni fattibbli jew kredibbli tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni rilevanti, u jekk ma jkun hemm ebda miżura inqas intrużiva li kapaċi tilħaq l-istess objettiv sal-istess punt. L-intrużività tal-miżura għandha tiġi vvalutata skont l-ispejjeż u l-effetti negattivi fuq l-istituzzjoni u l-proprjetarji tagħha u d-dritt tagħhom li jwettqu negozju, u fuq is-solidità u l-istabbiltà tan-negozju kontinwu tal-istituzzjoni. Skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, appoġġ pubbliku straordinarju m’għandux jiġi preżunt li jkun miżura inqas intrużiva.
- (c) Miżura hija proporzjonali għat-theddida li dawk l-impedimenti joħolqu għall-istabbiltà finanzjarja fil-każ tal-falliment tal-istituzzjoni, jekk il-benefiċċji kumplessivi biex likwidazzjoni fi proċeduri ta’ insolvenza normali jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ssir fattibbli u kredibbli u biex jintlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, jegħlbu l-ispejjeż globali u l-effetti negattivi tat-tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw ukoll miżuri inqas intrużivi meta jevalwaw il-proporzjonalità.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|