+11. Fir-rigward tar-rekwiżit għal-limitu jew il-waqfien ta’ attivitajiet eżistenti jew proposti …
|
11. Fir-rigward tar-rekwiżit għal-limitu jew il-waqfien ta’ attivitajiet eżistenti jew proposti …
Fir-rigward tar-rekwiżit għal-limitu jew il-waqfien ta’ attivitajiet eżistenti jew proposti speċifiċi skont il-punt (e) tal-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: - (a) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjoni tillimita prattiki kumplessi relatati ma’ kif l-operazzjonijiet tan-negozju jew tal-iħħeġġjar huma kkummerċjalizzati, irreġistrati, iffinanzjati u ġestiti għar-riskju, u l-lokazzjoni tagħhom fi ħdan il-grupp, jekk dawn il-prattiki jfixklu l-fattibbiltà jew il-kredibbiltà tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni.
- (b) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jillimitaw attivitajiet f’pajjiżi terzi li jkollhom reġim ta’ riżoluzzjoni insuffiċjenti jekk jiġi ġġudikat li n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ dawn il-ġurisdizzjonijiet biex tinżamm il-kontinwità tal-attivitajiet tad-ditta fil-ġuriżdizzjoni tagħhom matul riżoluzzjoni tista’ sussegwentament tfixkel il-kapaċità ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni biex iżżomm il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi fi Stat Membru.
- (c) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jillimitaw is-servizzi pprovduti lil istituzzjonijiet oħrajn jew parteċipanti oħrajn fis-swieq finanzjarji jekk, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni globali tal-funzjonijiet tal-istituzzjoni, l-awtorità tivvaluta li s-servizzi ma setgħux jitkomplew fir-riżoluzzjoni u d-diskontinwità tagħhom tista’ thedded l-istabbiltà tar-riċevituri ta’ dawn is-servizzi.
- (d) Meta, skont ir-rekwiżiti leġiżlattivi jew id-deċiżjonijiet superviżorji tkun meħtieġa separazzjoni ta’ attivitajiet speċifiċi f’entità speċjali, li tkun imwaqqfa milli twettaq ċerti attivitajiet oħrajn, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw il-prevenzjoni ta’ din l-entità milli twettaq ċerti attivitajiet addizzjonali jekk dan ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-użu ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni għal kull parti tal-grupp wara s-separazzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|