+Linji Gwida tal-ABE dwar il-listi provviżorji nazzjonali tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi relatati ma' kont tal-pagamenti u soġġetti għal tariffa (EBA/GL/2015/01)
---+Obbligi ta’ konformità u ta’ rapportar
------+1. Dan id-dokument jinkludi linji gwida maħruġin skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru …
------+2. Il-linji gwida jipprovdu l-fehma tal-EBA dwar prattiki superviżorji xierqa fis-Sistema Ewropea …
------+3. B’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti …
------+4. In-notifiki ser jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-EBA, f’konformità mal-Artikolu 16(3).
---+Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
------+5. Dawn il-linji gwida japplikaw għall-applikazzjoni tajba tal-kriterji speċifikati fl-Artikolu …
------+6. Dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fil-Premessa 17 …
------+7. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it-termini użati u ddefiniti fid-Direttiva 2014/92/UE …
------+8. B’mod partikolari: ‘servizzi marbutin mal-kont tal-pagamenti’ huma ddefiniti fil-punt (6) …
---+Implimentazzjoni
------+9. Dawn il-linji gwida japplikaw mnn jj/xx/ssss [jum wara l-pubblikazzjoni tal-verżjonijiet …
---+Ir-rekwiżiti dwar il-listi provviżorji nazzjonali tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbutin ma' kont tal-pagamenti u soġġetti għal tariffa
------+A B
------+Ċ
---------+1. Jekk jogħġbok indika lista ta' mill-inqas 10 u mhux aktar minn 20 mis-servizzi l-aktar …
---------+2. Jekk jogħġbok żid ir-ringieli mat-tabelli għal kull wieħed mis-servizzi inklużi fil-lista …
---------+3. Jekk jogħġbok immarka b'mod speċifiku kwalunkwe kelma jew terminoloġija li hija standardizzata …
---------+4. Xi eżempji ta' servizzi li jaqgħu taħt kull wieħed mit-tipi huma ppreżentati f'tabella taħt …
---------+5. Jekk jogħġbok innota li din il-lista ta' kodiċijiet mhijiex eżawrjenti - hija maħsuba biss …
---------+6. Eżempju wieħed ta' servizz huwa mimli għal-lest għal finijiet ta' informazzjoni biss. Jekk dan …
---------+7. Jekk jogħġbok indika l-mezzi rilevanti ta' twassil għas-servizz inkwistjoni. Jekk jogħġbok …
---------+8. Jekk jogħġbok innota li inti mitlub/a tindika l-prattiki tas-suq l-aktar komuni għal kull …
---------+1. Servizzi ta' 2. L-isem tas-servizzi 3. Deskrizzjoni tas- 4. Deskrizzjoni tas- 5. Deskrizzjoni …
---------+Examples of services under Type 1 – ‘Account management / maintenance and related services’ ID code
------------+1. Servizzi ta' 2. L-isem tas- 3. Deskrizzjoni tas- 4. Deskrizzjoni tas- 5. Deskrizzjoni tal- 6. …
---------+Examples of services under Type 2 – ‘Payment instruments (card and cheque services)’ ID code
------------+1. Servizzi ta' 2. L-isem tas- 3. Deskrizzjoni 4. Deskrizzjoni tas-servizz 5. Deskrizzjoni …
------------+1. Servizzi ta' 2. L-isem tas- 3. Deskrizzjoni tas- 4. Deskrizzjoni tas- 5. Deskrizzjoni tal- 6. …
---------+Examples of services under Type 4 – ‘International payments and foreign currency-related services’ ID code
------------+1. Servizzi ta' 2. L-isem tas- 3. Deskrizzjoni tas- 4. Deskrizzjoni tas- 5. Deskrizzjoni tal- 6. …
English - European Union - Financial Industry -

Linji Gwida tal-ABE dwar il-listi provviżorji nazzjonali tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi relatati ma' kont tal-pagamenti u soġġetti għal tariffa (EBA/GL/2015/01)

Linji Gwida tal-ABE dwar il-listi provviżorji nazzjonali tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi relatati ma' kont tal-pagamenti u soġġetti għal tariffa (EBA/GL/2015/01)

https://www.eba.europa.eu/legacy/regulation-and-policy/regulatory-activities/consumer-protection-and-financial-innovation-8 – PDF

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Obbligi ta’ konformità u ta’ rapportar

Status ta’ dawn il-linji gwida

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Implimentazzjoni

Implimentazzjoni

Ir-rekwiżiti dwar il-listi provviżorji nazzjonali tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbutin ma' kont tal-pagamenti u soġġetti għal tariffa

Linja Gwida 1: L-identifikazzjoni tas-servizzi li għandhom jiġu kkunsidrati għal-listi provviżorji

1.1. Fir-rigward tal-kriterju tal-‘aktar servizzi użati mill-konsumaturi fir-rigward tal-kont tal-pagamenti tagħhom’ kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/92/UE, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin, sal-punt meħtieġ biex tiġi ddeterminata l-lista:

  • a. l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-popolazzjoni ġenerali tal-konsumaturi, meta jivvalutaw il-livell ta' tixrid tas-servizzi;
  • b. l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-prevalenza relattiva tas-servizzi f'termini ta' kemm ta' spiss jikkostitwixxu karatteristika tal-kontijiet tal-pagamenti;
  • c. l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kemm ta' spiss jintużaw is-servizzi inkwistjoni, billi fejn ikun possibbli jitqies il-proporzjon ta' konsumaturi li jużaw is-servizz flimkien man-numru ta' drabi li jintuża s-servizz;
  • d. l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-provvediment tal-kont innifsu bħala servizz.

1.2. Fir-rigward tal-kriterju ta' ‘servizzi li jiġġeneraw l-akbar spiża għall-konsumaturi, kemm globalment kif ukoll għal kull unità’ kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/92/UE, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin, sal-punt meħtieġ biex tiġi ddeterminata l-lista:

  • a. meta jiġu kkunsidrati t-tariffi b'mod globali kif ukoll għal kull unità, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx biss jikkunsidraw is-servizzi li jissodisfaw dawn iż-żewġ kriterji fl-istess ħin, iżda anki s-servizzi li jiġġeneraw l-akbar spiża għall-konsumaturi b'mod globali jew għal kull unità;
  • b. l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw it-tariffi b'mod kumulattiv meta jiddeterminaw il-kostijiet unitarji jew l-ispejjeż globali tas-servizzi li jistgħu jġibu magħhom tipi differenti ta' tariffi;
  • c. meta jiġi aċċertat liema huma s-servizzi l-aktar rappreżentattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-ispejjeż li huma mġarrba, jew li jistgħu jiġu mġarrba, mill-konsumaturi fuq bażi annwali għall-użu tas-servizz, preferibbilment abbażi tad-dejta l-aktar riċenti disponibbi li tkopri perjodu ta' 12-il xahar.

Linja Gwida 2: Eżerċizzju ta' ġudizzju meta jiġu stabbiliti l-listi provviżorji

2.1. Meta tiġi stabbilita l-lista proviżorja, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu prijorità lil dawn is-servizzi li jissodisfaw iż-żewġ kriterji (jiġifieri fil-qasam C tal-Figura 1). 2.2. Imbagħad, peress li l-kriterji mhumiex strettament kumulattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll is-servizzi li jissodisfaw biss wieħed mill-kriterji (jiġifieri fl-oqsma A jew B) għall-inklużjoni fil-lista proviżorja.

Figura 1 - Servizzi u kriterji

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/