+13. Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-pożizzjoni tal-kreditur tal-SGD, Arranġament ta’ Kollateral …
|
13. Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-pożizzjoni tal-kreditur tal-SGD, Arranġament ta’ Kollateral …
Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-pożizzjoni tal-kreditur tal-SGD, Arranġament ta’ Kollateral Finanzjarju għandu b’mod espliċitu jinkludi t-termini li ġejjin: - a) l-istituzzjoni ta’ kreditu timpenja ruħha li tissostitwixxi l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral meta jsiru dovuti, meta ma jibqgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 6 u 7 ta’ dawn il-linji gwida jew f’każijiet speċifiċi oħra miftiehmin mal-SGD, sabiex l-impenn ta’ pagament jiġi assigurat b’mod permanenti minn kollateral xieraq.
| b) fil-każ ta’ | arranġament ta’ sigurtà ta’ kollateral finanzjarju, l-istituzzjoni ta’ |
kreditu mhix awtorizzata li tiddisponi mill-kollateral (eż bejgħ, aggravar). - c) l-istituzzjoni ta’ kreditu hija meħtieġa li żżid l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral wara li ssir talba mill-SGD, fil-każ li l-valur tal-assi kollaterali sottostanti, wara t-telf impost previst fil-Parti 7 ta’ dawn il-linji gwida, jew b’kunsiderazzjoni tar-rata tal-kambju applikabbli għal kollateral fi flus, jaqa’ taħt l-ammont tal-impenn ta’ pagament.
- d) Il-provvediment ta’ talinqas l-avvenimenti ta’ infurzar li ġejjin:
- (i) l-istituzzjoni tal-kreditu tonqos milli tħallas l-ammont tal-impenn ta’ pagament fil-perjodu pprovdut skont l-arranġament tal-impenn ta’ pagament meta tintalab li tagħmel dan mill-SGD;
- (ii) l-istituzzjoni ta’ kreditu tonqos milli tissostitwixxi l-assi b’riskju baxx ipprovduti lill-SGD meta jkunu waslu biex jitħallsu, meta ma jibqgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 6 jew il-Parti 7 ta’ dawn il-linji gwida jew f’każijiet speċifiċi oħrajn miftiehma mal-SGD;
- (iii) l-istituzzjoni tal-kreditu tonqos milli żżid il-kollateral tagħha meta tintalab li tagħmel dan mill-SGD fil-każ ta’ ksur tal-livell ta’ kopertura, kif stabbilit fil-Parti 7 ta’ dawn il-linji gwida;
- (iv) l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni tal-kreditu;
- (v) jekk l-istituzzjoni tal-kreditu hija soġġetta għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni minbarra miżuri ta’ intervent bikri jew ta’ mmaniġġjar ta’ kriżi, jew hija soġġetta għall-proċeduri ta' stralċ.
Meta istituzzjoni ma tibqax membru tal-SGD mingħajr ma tissodisfa l-avvenimenti tal-infurzar imsemmija hawn fuq, l-SGD għandha tagħżel l-azzjoni l-iktar xierqa biex jippreżerva d-disponibbiltà tal-finanzjament impenjat. Għal dak l-għan l-SGD tista’ jew: (1) tinforza l-impenn; (2) taċċetta li l-istituzzjoni li għadha mhix membru tal-SGD li tittermina s- | sħubija tagħha tibqa’ marbuta bl-impenn u tinfurzah, mhux iktar tard minn meta tilħaq il-maturità tal-impenn kif ipprovdut fl-arranġament tal-impenn ta’ pagament sakemm l-arranġament tal-impenn ta’ pagament ma jiġix riportat; jew |
(3) taċċetta li l-impenn jiġi ttrasferit għal entità oħra fil-kuntest ta’ | amalgamazzjoni jew akkwiżizzjoni. |
Meta l-istituzzjoni tal-kreditu ma tibqax membru ta’ SGD u tingħaqad ma’ SGD oħra, l-SGD oriġinali għandha tiżgura li l-mezzi finanzjarji li jikkorrispondu għat-tnax-il xahar ta’ qabel it-tmiem tas-sħubija, jiġu trasferiti għall-SGD l-oħrajn, jew bl-infurzar tal-impenn jew bit-trasferiment tar-rikavat lill-SGD riċevitur, jew billi l-arranġament tal-impenn tal-pagament jerġa’ jiġi assenjat lill-SGD riċevitur fi ftehim ma’ dan tal-aħħar u l-istituzzjoni tal-kreditu. Meta l-bidla tas-sħubija tal-SGD hija r-riżultat tal-applikazzjoni ta’ miżura ta’ riżoluzzjoni, l-SGD għandha tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni qabel id-deċiżjoni tagħha dwar l-impenji ta’ pagament, filwaqt li tikkunsidra l-għanijiet ta’ riżoluzzjoni, inkluża l-protezzjoni tad-depożitarji2 . - e) Meta jseħħ l-Avveniment tal-Infurzar, l-SGD għandha tirrealizza jew tapproprja l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral b’konformità mat-termini tal-arranġament tal-kollateral finanzjarju.
- f) L-SGD għandha tirrilaxxa u trodd lura l-kollateral ta’ assi b’riskju baxx meta jsir il-ħlas fi flus mill-istituzzjoni tal-kreditu tal-ammont ta’ impenn ta’ pagament.
- g) Il-parti li hija intitolata għar-rikavat (interessi, dividendi eċċ) tal-kollateral tal-assi b’riskju baxx għandha tiġi determinata (jew l-SGD jew l-istituzzjoni membru).
2 L-Artikolu 31 tad-Direttiva 2014/59/UE, ĠU L 173/190 tat-12 ta’ Ġunju 2014.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|